Tal-Lovin Malta ma Jgħidux li Matthew Caruana Galizia ħalla l-Karrozza barra għax “Għażżien”

Il-ġurnal elettroniku tal-Lovin Malta reġa’ tella’ artiklu fuqi. Dan hu fir-rigward ta’ dak li ktibt fuq dak li kien qal Matthew Carauna Galizia lil ġurnalista Taljan Carlo Bonini. Bonini ppubblika dak li qallu Matthew Caruana Galizia fil-ktieb tiegħu L’isola assassina.

It-tajba hija li Tim Diacono ma għamel l-ebda referenza għal dan l-artiklu ta’ Carlo Bonini fl-artiklu tiegħu li kiteb dwari. Tim Diacono ta biss dak li għidt jien, mingħajr ma ta l-kuntest jew għamel l-ebda referenza għal dak li qal Matthew Caruana Galizia lil Bonini meta saħaq li hu (jiġifieri Matthew) ħalla l-karozza barra għaliex għażżien. Il-hitmen stess qalu li dan iffaċilita’ t-tqegħid tal-bomba fil-karozza tal-vittma. Dawn fatti u mhux allegazzjonijiet.

Fuq kollox, Tim Diacono kiteb li “Matthew Caruana Galizia Calls Out University Of Malta After Lecturer Claims He’s To Blame For His Mother’s Murder”. Fil-verita’ Matthew Caruana Galizia ma qalx hekk. Matthew Caruana Galizia waħħal fil-Kap tad-Dipartiment tal-Istorja li huwa l-Professur Dominic Fenech.

Mela dan l-artiklu minn Tim Diacono huwa eżerċizju minn Lovin Malta maħsub biex inaqqsu l-ħsara li dan il-messaġġ ta’ Matthew Caruana Galizia għamel lill-istess kawża ta’ Daphne Caruana Galizia. Dan wera li Matthew Caruana Galizia, li fil-fatt hu ġurnalist, l-anqas jiċċekkja l-affarijiet tiegħu sew qabel ma jikteb.

Fuq kollox, l-inkjesta qedha ssir biex tistabbillixi r-responsabilitajiet u mhux issib il-ħatja. Dan qaluha anki l-imħallfin stess. Biss jidher li t-termini ta’ referenza ta’ din l-inkjesta jinbiddlu skont il-bżonn u l-individwu.

Fil-fatt din ġiet mibdula biex tafferma l-ħtija u l-korruzzjoni. Bil-mod il-mod, din ġiet mibdula biex tinbena narrattiva politika biex twassal messaġġ li dawk kollha li qed jidhru quddiem l-imħallfin huma l-ħatja u korrotti. Id-daħqa hija li f’din in-narrattiva tħalla barra Yorgen Fenech. Dan ma ġiex mgħajjat biex jixhed.  

Infakkar ir-remit finali tal-inkjesta huwa biex finalment tistabilixxi jekk hemmx lok ta’ kumpens finanzjarju jew le. Hija l-qorti kriminali li trid tistabbilixxi ħtija kriminali. Mela meta jkollok tifel tal-vittma li jgħid hu stess li hu ma daħħalx il-karozza minħabba l-għażż (pigrizia), din l-affermazzjoni għandha tittieħed inkonsiderazzjoni minn inkjesta li qed tinvestiga jekk għandux ikun hemm ħlas finanzjarju jew le. Dan kien il-punt tal-artiklu tiegħi. Ara fuq dan l-istatement ta’ Matthew Caruana Galizia, Tim Diacono ma qal xejn.

Nixtieq infakkar li fid-dinja reali, ċittadini li tkun insterqitilhom il-karozza, il-kumpaniji tal-insurance jivverifikaw jekk kienx hemm traskuraġni u jekk din it-traskuraġni iffaċilitatx dik is-serqa jew le. Jekk ikun stabbilit li hemm traskuraġni, l-insurance ma tagħtix flus. Meta l-insurance tagħmel hekk mhix qed tgħid li sid il-karrozza kien parti mis-serqa. Ir-responsabilita’ mhix kriminali iżda waħda marbuta mat-talba ta’ rikumpens.

Mela jekk familja rrifjutajt il-ħarsien tal-pulizija, u wieħed mit-tfal ammetta li dak in-nhar kien għażżien, dawn għandhom jittieħdu inkonsiderazzjoni fi proċess li qiegħed isir biex tkun stabbilita’ jekk għandux finalment jingħata rikumpens finanzjarju? Jien nemmen li iwa.  

2 thoughts on “Tal-Lovin Malta ma Jgħidux li Matthew Caruana Galizia ħalla l-Karrozza barra għax “Għażżien”

  1. Fil-fatt jekk tieqaf tixtri pastizz u tħalli l-karozza miftuħa għal dik il-minuta, tkun suġġett għal ċitazzjoni (jekk tinqabad) għax tkun qed tiffaċilita is-serq.

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *