Pieter Omtzigt jammetti li ġab ruħu “inappropriately” f’inkjesta li kien qed jagħmel fuq il-waqgħa tal-ajruplan fuq l-Ukraina

L-MP Pieter Omtzigt kien iffaċċa akkużi serji. Dan id-Deputat Kristjan Demokratiku kien akkużat li għen persuna biex tixhed falz dwar id-disastru tal-ajruplan MH17 fuq l-Ukraina. Dan Omtzigt kien ġie akkużat li daħħal xhud meta dan ma kellux ikun preżenti waqt briefing li kienu qed jattendu għalih il-vittmi ta’ din it-traġedja. 

Dan ix-xhud huwa Aleksandr R. Fl-2017, il-media fl-Olanda irraportat li f’Mejju ta’ dik is-sena kien sar meeting u dan ix-xhud qal li ra ajruplan ieħor fis-sema ħdejn l-ajruplan tal-Malaysia Airlines meta dan l-ajruplan twaqqa’ minn sparatura f’Lulju tal-2014.  Omtzigt kien fuq il-panel u qal li dan l-individwu għandu jitħalla jagħti x-xiehda lill-Joint Investigation Team. Infakkar li din hija t-teorija li qed tmexxi r-Russja li dan l-ajruplan tal-Malaysia Airlines twaqqa’ minn ajruplan ieħor u mhux minn missila sparata mill-art.

Il-media tal-aħbarijiet NRC irrapportat li Omtzigt iltaqa’ ma’ R. qabel il-meeting u għenu kif għandu jagħmel il-mistoqsija. Huwa anki ta’ instruzzjonijiet lill-interpretu ta’ kif il-mistoqsija kellha tkun maqluba. Ġara li wara ftit ħareġ li R. ma kienx id-dar dak in-nhar tal-waqgħa tal-ajruplan. B’hekk dan ma setgħax ikun aċċettat bħala xhud kredibbli.

Omtzigt ammetta li huwa intervjena f’dan il-każ u ddispjaċih talli għamel hekk. Hu qal li l-imġieba tiegħu kien ‘inappropriate’ .

Il-mistoqsija tiġi waħidha. Huwa dan ir-rapporteur kredibbli f’dak li qed jgħid u jagħmel dwar Malta fir-rigward tal-inkjesta pubblika? Dan ġa ammetta li ma ġabx ruħu sew dwar ix-xhieda fuq il-każ tal-Ukraina. Mela kemm huwa kredibbli dan il-bniedem f’dak li qed jgħid u jagħmel fil-każ tal-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia? Infakkar li l-avukat Ingliż ta’ Yorgen Fenech, Wayne, ġa kiteb lil Omtzigt u qallu li dak li qal u qed jagħmel mhux legalment korrett. Fuq dan nikteb separatament.

Jidher ċar li Omtzigt qed jagħmel l-istess fir-rigward ta’ Malta bħal ma għamel f’dan il-każ tal-waqgħa tal-ajruplan MH17.  Omtzigt jrid jagħmel kapital politiku minn din l-istorja tal-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia għal skopijiet ulterjuri kif ipprova jagħmel fil-każ tal-waqgħa ta’ dan l-ajruplan fl-Ukraina. Infakkar fil-każ tal-waqgħa ta’ dan l-ajruplan, Omtzigt ma ddejjaqx juża xhieda falza.

Issa nispera li ma jiġux dawk li jagħtu s-support lill-kawża ta’ Daphne Caruana Galizia u jgħidu li dak li qed nikteb fuq Omtzigt huwa “conspiracy theory”.

Leave a Reply