L-Ipokrezija tal-Ġurnalist Victor Paul Borg ma tafx Tmiem

Qed inġib dak li kiteb Victor Paul Borg, ġurnalist tax-Shift News, wara li l-Professur Dominic Fenech kiteb post biex jikkoreġi dak li qal Matthew Caruana Galizia dwaru, jiġifieri li l-Kap tad-Dipartment tal-Istorja qal li Matthew Caruana Galizia qatel lill-ommu.

Dan il-ġurnalista, li jiftaħar bil-liberta’ tal-espressjoni, tella’ post u qal li dak li qed nikteb jien, ixaqqleb lejn l-inuman u l-indiċenza. Fuq kollox dan jammonta għal-“conspiracy theory”.

Nixtieq infakkar lil Victor Paul Borg li kitbiet inumani u mimlija mbegħda u ħdura kienet tiktibhom Daphne Caruana Galizia u mhux jien. Mela insejna l-kitbiet tagħha u l-attakki personali tagħha fuq in-nies li ma kienux l-anqas fil-pubbliku. Kemm ippruvat tkisser persuni. Ma jafx dan il-ġurnalista kemm jiftakruh in-nies dan iż-żmien. Nesa dan il-ġurnalista li kien hemm persuni li għamlu suwiċidju minħabba l-kitbiet ta’ Daphne Caruana Galizia? Xi ħadd ħa jagħti kumpens lil dawn in-nies? Jew dawn in-nies bhejjem għal dan il-ġurnalist tax-Shift News?

Infakkar lil Victor Paul Borg li numru ta’ persuni li jsegwu l-aġenda ta’ Daphne marru jiktbu taħt il-posts ta’ Matthew Caruana Galizia u saħansitra għajruni bi vjolenza fiżika. Jekk kien hemm persuna li użat il-vjolenza fiżika din kienet Daphne Caruana Galizia nnifisha kontra żewġha. Ara tippreżentawx lil Daphne Caruana Galizia bħala l-patruna ta’ kontra l-vjolenza domestika!

Il-verita’ hija l-media tal-liberali trid tnessi dan kollu li kienet tirrappreżenta din il-mara u tibni narrativa storika ġdida ta’ Daphne Caruana Galizia li ma tirrappreżentax ir-realta’ storika tagħha.

Fuq kollox, dan hu l-mod kif jaħdmu dawn in-nies tal-media tax-Shift news li trid it-tkeċċija tiegħi mill-universita’. Naħseb aħjar dan il-ġurnalist jagħti ħarsa madwaru qabel dan jikteb hekk. Dak li nista’ ngħidlu li jien ġibtha l-PhD u bi dritt qiegħed l-universita’ u mhux bi pjaċir. Infakkru li llum hemm professur li hu appertament favur l-abort u jistqarr dan ma jagħmilx deni. Mhux ser nidħol fuq dan il-punt. Biss infakkar lil-abort sallum għadu kontra l-liġi. Dan il-professur qal li lest li jħallas ħalli tinkiser din il-liġi. Fl-universita’ tħallew għaqdiet tal-abort jaħdmu. Jien ma għandix oġġezzjoni li l-universita’ tħalli lil dawn l-għaqdiet u li jkun hemm professuri apertament favur l-abort. Nemmen li għandhom id-dritt għall-espressjoni bħal ma għandi d-dritt għall-espressjoni jien.

Biss qed ngħid dan biex nuri l-aġenda falza ta’ numru ta’ ġurnalisti li jħaddnu l-aġenda ta’ Daphne Caruana Galizia. Għalihom, l-affarijiet f’dan il-pajjiż iridu jkunu “one way traffic”. Jien kontra dan kollu. Dawk in-nies li jridu “one way traffic” huma l-istess nies li jgħidu li Malta ma hawnx liberta’ tal-espressjoni u ma hawnx “rule of law” u kulħadd korrott! Meta tibda titkellem fuq il-korruzzjoni ta’ dawk li huma jiddefendu, jgħidulek li inti qed nagħmel conspiracy theories, qed tkun inuman u indiċenti.  

Leave a Reply