Where your opinion counts

Daphne Caruana Galizia deskritta bħal ‘Perverse Criminal’ u Ġurnalizmu ta’ The Times bħala Oddjuż

Qed inġib l-ittra li John Dalli għadu kif bgħatt lil The Times fejn fiha joġġezzjona għall-artiklu li deher fuqu għaliex dan li nkiteb dwaru hux minnu. Dan l-artiklu kitbu Jacob Borg. Din l-ittra tispjega lilha innifisha. John Dalli jakkuża lil Daphne Caruana Galizia li kitbet numru ta’ artikli fuqu li mhux minnhom. Fuq kollox, din il-ġurnalista assoċjatu mas-17Black meta huwa ma għandux xejn x’jaqsam ma’ din il-kumpanija. John Dalli jitkellem ukoll dwar l-inkjesta u jqabbel lill-imħallfin ma’ sajjieda, li qed jippruvaw jistadu dwar din il-kumpanija u dan kollu mħallas mit-taxxi tal-poplu Malti.

Hu jakkuża lil The Times li għamlet tagħha din il-kalunja ta’ Daphne Caruana Galizia mingħajr ma ġabet prova waħda biex tissustanzja. Dan il-ġurnal iridna nemmen li dan huwa l-ġurnalizmu investigattiv li tant tifħar bih din il-gazzetta. Infakkar li l-editor-in-chief tat-Times qal fix-xhieda tiegħu lill-imħallfin li dawk kollha li qed jitkellmu kontra dan il-ġurnalizmu qed jattakkataw l-istampa ħielsa! John Dalli jgħid li dan mhux ġurnalizmu iżda oddju. F’dan il-kuntest, John Dalli jiddeskrivi lil Daphne Caruana Galizia bħala ‘perverse criminal’ u qed jistenna issa apoloġija minn The Times of Malta u l-artikolista Jacob Borg.

Imbagħad meta titkellem li hemm frame-up fuq persuna li qegħdha l-ħabs jgħajruk li inti qed titkellem fuq conspiracy theories. Dan mhux frame-up fuq John Dalli iżda kalunji magħmula kontra l-persuna tiegħu b’akkużi li qatt ma ġew ippruvati.

One thought on “Daphne Caruana Galizia deskritta bħal ‘Perverse Criminal’ u Ġurnalizmu ta’ The Times bħala Oddjuż

  1. Has this letter of John Dalli been forwarded to the ICIJ, of which Jacob Borg is a member, and which same ICIJ pontificates DCG as some God’s gift to journalism?

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *