Matthew Caruana Galizia Jattribwixxi Affarijiet lili li ma Għidtx

Qed inġib post li tella’ Matthew Caruana Galizia fuqi. Grazzi talli ħadt interess f’dak li għidt.  Jien qatt ma għidt li hu qatel l-ommu.  Dan kif il-familja Caruana Galizia idawru l-affarijiet. Jien għidt li hu ma daħħalx il-karozza dak in-nhar minħabba l-għażż. Skużi dan hu qalu u mhux jien. Nirrepeti jien qatt ma għidt jew ktibt li Matthew Caruana Galizia qatel lill-ommu. Din qalha sieħbu Manuel Delia u mhux jien. Naħseb għandu bżonn jieħu kors tal-ilsien Malti u jaqra dak li ktibt. Dan hu l-mod kif din il-familja ddawwar l-affarijiet u l-fatti. Dak li għidt jien jitkellem għalih waħdu. Fuq kollox dan hu l-mod kif jagħmel l-affarijiet dan il-ġurnalista. L-anqas jiċċekkja l-affarijiet. Basta jikteb. Jien ma jienx il-Kap tad-Dipartiment tal-Istorja. Jien kburi li jiena membru ta’ dan id-dipartiment. Basta jikteb bl-addoċċ u jwaħħal fatt lill-kap tad-Dipartment meta hu ma kiteb xejn.

Dan hu artiklu mitqies biex iġib reazzjoni kontra l-Universita’ ta’ Malta biex b’hekk issir pressjoni fuq l-Universita’. Infakkru li ġurnalista ħabib tiegħu talab investigazzjoni fuqi biex l-universita’ tara jekk jien qedx nieħu flus mingħand Yorgen Fenech. Jien ktibt lir-Rettur u għidtlu li ma għandix problema li jiftaħ investigazzjoni għaliex ma jien nieħu xejn. Biss jekk din il-familja tista’ taħseb li f’dan il-pajjiż hija biss għandha dritt titkellem ser jgħarralha. Jien ser nibqa’ nikteb u ngħid dak li nħoss u nagħmel analiżi ta’ dak kollu li jinkiteb.

Quddiem il-fatt li jien qatt u mkien ma ktibt li jien qed ngħid dak il-kliem fuq Matthew Caruana Galizia, dan inqisu bħala ‘slander’ kontra tiegħi.

Leave a Reply