Il-Qtil ta’ Daphne Caruana Galizia u l-Biża’ ta’ Bombi taħt il-Karozza Tagħha

Advertisements

Manuel Delia tal-arriva ddejjaq ħafna bil-blogg li jien ktibt dwar Matthew Caruana Galizia fejn kxift dak li mar qal lil ġurnalista Taljan dwar il-qtil ta’ ommu, jiġifieri li dak in-nhar li tqegħdet il-bomba fil-karozza, huwa, jiġifieri Matthew, ħalla l-karrozza barra minħabba l-għażż jew kif qal il-ġurnalista Taljan “per pigrizia”.

Għax għidt u ġibt il-prova ta’ dak li għidt, Manuel Delia talab lis-Senat tal-Universita’ biex jien nitkeċċa mill-Universita’ ta’ Malta. Jidher ċar għal Manuel Delia u l-klikka tiegħu tad-Daphne Brigade li huma biss għandhom id-dritt li jmorru jipprotestaw fit-toroq u jitkellmu kif jitkellmu fuq dan il-każ. Huma biss għandhom id-dritt tal-liberta’ tal-istampa. Jekk xi ħadd  ma jaqbilx ma’ dak li jgħidu huma, jiġi mgħajjar li qed jagħmel “slander” jew li qed jitfa’ t-tajn lejn in-nies.

Kemm infakkar li mhux Matthew Carauna Galizia biss tkellem dwar dan il-każ. Ħuh Paul kiteb ukoll dwaru. Din id-darba, dak li kiteb Paul jinsab f’ġurnal bl-isem ta’ Tortoisemedia.com u l-isem tal-artiklu huwa The Death of a Journalist. Paul Caruana Galizia kiteb hekk fis-6 ta’ April 2019 fejn ikkwota lil ommu:

I have been doing this for so long that my sons, now all aged 30 or thereabouts, know nothing else. One of them was in nappies when I started writing a newspaper column, the other two in kindergarten. They grew up thinking it was completely normal to have your mother’s name all over the newspapers and on the tip of politicians’ tongues, to have your house set on fire, to have police at your gate either to guard your mother or arrest her, to have her check the underside of the car for bombs before taking you to school

Jekk ma niżballjax kienet saret intervista fuq l-BBC fejn smajt wieħed mit-tfal ta’ Daphne Caruana Galizia, insejt liema wieħed, jgħid li tant kienu jgħixu f’atmosfera ta’ aggressjoni li ta’ kuljum kienu jiċċekkjaw taħt is-seat jew il-karozza jekk kienx hemm xi bomba fiha.

Mela fuq naħa hemm il-verzjoni ta’ Matthew u fuq in-naħa l-oħra hemm dik ta’ ħuh Paul. Kollha qed jaqblu fuq ħaġa waħda. Il-familja kienet abitwata’ tiċċekkja l-karozza għal xi bomba. Infakkar li meta xi ħadd irid joqtol lill-ħadd, jista’ juża elf mezz, minn sikkina sal-valenu. Hawn qed nitkellmu fuq qtil u mhux fuq att ta’ vendikazzjoni. Il-biża’ tal-familja dejjem kien minn attentat ta’ bomba.

Mela l-mistoqsija hija din. Għaliex Daphne Caruana Galizia kienet tibża minn xi bomba fil-karozza? Tant kemm kienet tibża’ li l-familja stess bdiet tieħu ħsieb tas-sigurta’ tagħha u akkost ta’ kollox ma riditx l-għajnuna tal-pulizija. Il-mistoqsija hija din. Daphne Caruana Galizia kienet qed iddarras lil xi nies li kienet taf li setgħu jtajruha b’bomba? Infakkar li Yorgen Fenech ma kienx f’din it-teorema. Nemmen li f’dan il-kuntest, il-kompjuter ta’ Daphne Caruana Galizia jagħti ħafna tweġibiet. Għalfejn, il-familja Caruana Galizia qatt ma taw dan il-kompjuter lill-pulizija Maltija? Nemmen ukoll li l-imħallfin għandhom jinvestigaw dawn l-aspetti. Il-mod kif kiteb Manuel Delia jiddefendi dan il-punt iġib mistoqsijijiet. Hemm xi ftehim biex din il-familja ma tidherx quddiem l-inkjesta?

Anki jekk nemmen li l-familja ma kienetx involuta f’dan id-delitt, xorta tibqa’ r-risponsabilita’ ta’ din il-familja jekk setgħetx tevita din il-bomba u għaliex qatt ma riedet il-protezzjoni tal-pulizija u qatt ma tat il-kompjuter lill-pulizija Maltija. Nemmen li dan jidħol fir-remit ta’ din l-inkjesta.