“Keith” Imsemmi bħala l-Persuna li qed Tiddefendi lill-Vera Qattiela ta’ Daphne Caruana Galizia

Il-bieraħ, 7 ta’ Diċembru,  Il-Malta Today tellgħet artiklu ieħor. Dan kitbu l-ġurnalista Matthew Vella li għajjarni b’conspiracy theories. Issa jekk wieħed jaqra dan l-artiklu, jsib li l-conspiracy theories tiegħi qed isiru realta’. Dan l-artiklu jitlaq b’dak li qal il-Prim Ministru jiġifieri li b’kumbinazzjoni waqt l-awguri tal-Milied, l-ewwel tela’ Melvin Theuma u warajh telgħet it-tifla ta’ Vince Muscat il-Koħħu. F’dan l-artiklu insiru nafu li din iż-żjara għand il-Prim Ministru għall-awguri tal-Milied ġie irranġata mill-avukat ta’ Vince Muscat il-Koħħu. Hu ta parir lit-tifla ta’ Vince Muscat biex tmur Kastilja u waqt li tagħti l-awguri lill-Prim Ministru, tkellmu fuq il-każ ta’ missierha. Mela mhux b’kumbinazzjoni li dawn telgħu wara xulxin? Min irranġa biex jitilgħu f’din l-ordni ġewwa Kastilja? It-tifla qalet li ma kienetx taf min hu Melvin Theuma. Jien nemminha. Missierha qallha li ma kienx għadu jafda lill-avukat Arthur Azzopardi. Fuq kollox nemmen anki kif kienet irreazzjoni tal-kopja Muscat, b’Michelle Muscat tistaqsi lill-żewġha min hu Vince Muscat il-Koħħu.

Ma hemmx dubju li hawn it-taħwid hawnhekk. Kif il-pulizija kienu ilhom jafu b’dan il-każ, jiġifieri tiela’ Melvin Theuma biex jieħu ritratt miegħu? Biss jidher li l-Prim Ministru ma ġiex infurmat li kienet tiela’ wkoll it-tifla ta’ Vince Muscat Il-Koħħu. Min irranġa din l-ordni ġewwa kastilja? 

Imbagħad il-Malta Today tmur biex tkellimna dwar ir-recordings ta’ Melvin Theuma. Sa fejn naf jien,  hemm divjit tal-qorti dwar il-pubblikazzjoni tagħhom. Jien ser nidher fuq ‘contempt of court’ talli għamilt share tagħhom, anki jekk qatt ma rripproduċejthom. Il-media li tissapportja lil Daphne Caruana Galizia għamlu storja minn dan kollu, jiġifieri fuq il-gidba li jien irripproduċejthom, ibda minn Manuel Delia tal-Arriva, u kompli b’Caroline Muscat ta’ Shift news. Issemmejt ukoll minn Tim Diacono u anki minn Edwina Brincat tat-Times. Kollha jgħajtu “sallbu sallbu” lil dan il-lecturer tal-Universita’ għaliex ħati ta’ “contempt of court”. Ser jagħmel id-deputat Avukat Ġenerali li qed imexxi l-prosekuzzjoni issa li ħarġet aktar informazzjoni minn dawn ir-recordings?

Biss dak li ħareġ minn dan l-artiklu ta’ Matthew Vella huwa t-taħwid li hemm wara x-xhieda ta’ Melvin Theuma u l-protezzjoni li dan kellu u jidher li għad għandu fil-korp tal-pulizija u fi istituzzjonijiet aktar għolja. Mhux ta’ b’xejn li dawn irrakkommandaw lill-Prim Ministru Joseph Muscat biex jingħata maħfra presidenzjali.

Morru aqrawh tajjeb dan l-artiklu u taraw dak li  qed ngħid jien fuq Yorgen Fenech huwa kollu minnu. Il-medja ta’ dawn il-‘buonisti’ ġiet użata biex isir attakk fuq Yorgen Fenech ħalli minn hu verament risponsabbli ma jkunx fiċ-ċentru tal-attenzjoni u b’hekk il-pulizija tkun tista’ tipproċedi biss kontra tiegħu. Dan joħroġ ċar mir-recordings ippubblikati.

Issa jien ser nibda nistaqsi kemm kienet kbira l-imgħarfa li ġiet imħallsa lil din il-media biex għamlet dan l-attakk u kienet f’dan il-komplott faħxi ħalli bniedem jinżamm arrestat il-ħabs dawn ix-xhur kollha għal xejn? Sadanittant infetħet kawża għall-miljuni ta’ euro f’danni kontra din il-persuna li ġiet ffremjata biex teħel b’dan id-delitt.

Dak li joħroġ f’dan l-artiklu li ċertu Keith qiegħed jipproteġi lill-vera qattiela ta’ Daphne Caruana Galizia. U f’dan il-komplott, il-media tal-buonisti tathom l-għajnuna tagħha. Infakkar li f’din l-istorja hemm żewġ Keiths. Il-Prim Investigator jismu Keith. Dan hu Keith Arnaud. Dan jissemma’ ċar fir-recordings ta’ Melvin Theuma. Fuq kollox, jissemma’ iċ-Chief of Staff tal-Prim Ministru li jismu wkoll Keith. Dan hu Keith Schembri.

Issa Yorgen Fenech qed jinżamm arrest fuq dawn ir-recordings ta’ Melvin Theuma. Kif qalli xi ħadd, għala minħabba r-recordings ta’ Theuma, Yorgen Fenech qiegħed il-ħabs u Keith Schembri li jissemma’ wkoll qiegħed barra? Jew kollha l-ħabs jew kollha barra. Mhux ta’ b’xejn il-prosekuzzjoni qed tkaxkar saqajha biex tressaq lil Melvin Theuma mill-ġdid il-qorti ħalli jkompli jixhed fil-kumpilazzjoni tal-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia.

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *