Where your opinion counts

Kultura Kolonjali Amerikana fil-Qasam tax-Xogħol Tagħna

Il-GWU għamlet akkuża serja kontra żewġ gaming companies. Hija qalet li dawn qed jiksru l-liġi industrijali tal-impjiegi. Din l-istorja tikkonċerna l-kumpanija NetEnt. Din il-kumpanija qedha fi proċess li tkeċċi mijiet ta’ ħaddiema. Dan ġara minħabba li din il-kumpanija nxtrat għal żewġ biljuni ta’ euros minn kumpanija oħra li ġġib l-isem ta’ Evolution Gaming Group. Il-GWU qed tgħid li f’dan il-każ, hawn ksur tal-liġi li tirregola kif għandhom isiru r-redundancies. Dak li jiskantani kif kumpanija li tiflaħ tixri kumpanija oħra għall-żewġ biljuni ma tiflaħ iżżomm lill-ħaddiema kollha!

Fuq livell industrijali, il-punt qiegħed hawn. Il-GWU tgħid li dawn iż-żewġ kumpaniji ma għamlu l-ebda statement ta’ kif ser inaqqsu lin-nies, kemm huma l-ħaddiema li ser jitilfu xogħolhom u xi kriterji ser jużaw biex inaqqsu dawn in-nies jew kif ser isiru l-ħlasijiet.

Dak li jinkwetani f’dan l-artiklu huwa l-fatt li l-ħaddiema stess qalu li huma ġew eskortati minn nies tas-sigurta lejn il-lockers tagħhom biex jieħdu l-affarijiet li huma tagħhom waqt li rrappreżentati tal-kumpanija l-ġdida kienu qed jieklu l-piżża u jixorbu ix-xampanja!

Quddiem stejjer bħal dawn, ikolli ngħid li Malta qed issir kolonja mill-ġdid. Mhux aktar kolonja Ingliża iżda kolonja Amerikana mingħajr ma għandha bażi jew l-anqas ambaxxatur Amerikan f’pajjiżna. Dawn id-deskrizzjonijiet huma marbuta ma’ kultura ta’ xogħol li normalment nassoċjaw mal-Amerika aktar milli mal-kontinent Ewropew. Konna naħsbu li kienu spiċċaw. Meta Malta kienet kolonja, il-partikolar kien ikeċċi lill-ħaddiema mingħajr avviż. Minn wara t-Tieni Gwerra, meta l-Maltin kienu jmorru l-Ingilterra biex jaħdmu, kienu jiġu ttrattati tajjeb u ma jitkeċċewx mix-xogħol wara li jkunu waslu. Infakkar li f’din il-kumpanija hemm persuni li ġew Malta biex jaħdmu fiha u issa sabu li ser jitilfu x-xogħol mingħajr l-ebda ġaranzija ta’ rikumpens. X’inhu jagħmel id-Dipartiment ikkonċernat fuq dan il-każ? Jew spiċċajna bħal kelb bla snin? Verament f’dak li huwa l-qasam industrijali sejrin kif jgħidu bl-Ingliż “going to the dogs”.

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *