Survey li juri li Bernard Grech u l-Partit Nazzjonalista sejjer għall-Telfa Kbira.

Illum kien hemm survey ieħor mill-Malta Today dwar il-kapijiet taż-żewġ partiti. Jekk wieħed iħares lejn dan is-survey isib li Bernard Grech waqa’ l-isfel. Robert Abela niżel ftit ukoll. Meta tqis li l-Lejber ilu dan iż-żmien kollu fil-gvern nistenna li jkun hemm din il-waqgħa. Il-problema hawn mhux li qed jinżel il-Partit Laburista. Il-problema li anki l-Oppożizzjoni qed tmajna. The Malta Today ippruvat taħsel u tixxotta lil Bernard Grech. Qalet anki jekk naqqas għadu ma leħaqx il-livelli baxxi li kien leħaq Adrian Delia.

Il-verita’ hija li Bernard Grech qabad it-triq tan-niżla. Ħa ngħidha. Qatt ma kien fit-triq tat-telgħa. Bħal ma kien hemm min kiteb. Meta Adrian Delia kellu survey bħal dan, inbdiet kampanja kontra tiegħu biex jitneħħa minn kap tal-Partit Nazzjonalista. Qalu li bih mhux ser tintrebaħ elezzjoni. Issa ġie Bernard Grech. Ġara kif għidt jien. Fi kliem ieħor, il-problema mhux Delia tar-riżultat baxx iżda tal-inkwiet intern fil-PN. Issa x’ser jagħmlu r-ribelli wara dan ir-riżultat?

Ara issa ma ġejtx mgħajjar b’fakenews! Il-problema ta’ Bernard Grech spiċċa jiret dan l-inkwiet u kompla saħħu aktar milli pprova jitfa’ l-ilma fuq in-nar. Fuq kollox, illum Dr. Grech jidher bħala traditur għaliex kien Delia nnifsu li daħħlu u tah promozzjoni fil-Partit Nazzjonalista u mbagħad ġab ruħu bħal Brutus u mar u daħħallu l-istallet f’dahru.  

Fuq kollox, f’dan is-survey ħareġ li l-PN tilef Għawdex. Hu fatt magħruf li kienet għaddejja ġlieda bejn iż-żewġ partiti għall-kontroll ta’ Għawdex. Robert Abela għamel reshuffle li ħa ħsieb Għawdex.  Min-naħa tiegħi, anki dwar dan kont tellajt blogpost. Dan ma ktibtux jien iżda kitbu xi ħadd ieħor. Fuqu wkoll ġejt mgħajjar li huwa fakenews. Nispera issa ma jiġix Daniel Cordina, l-ex-xufier ta’ Chris Said, u jgħid li dan is-survey huwa fakenews. Il-problema hija li l-familja ta’ Chris Said hija parti mill-problema li llum, il-PN għandu ġewwa Għawdex. 

Dak li nista’ ngħid li b’dan ir-riżultat, il-PN ma għandux ċans li jerbaħ l-elezzjoni li jmiss. Hemm telfa kbira lesta għalih. Biss l-aktar li hu interessanti f’dan is-survey huwa li dawk li qed jgħidu li huma newtrali miż-żewġ partiti kważi wasslu biex jiffurmaw 20%. Dan sar grupp permanenti fis-sistema tagħna u jidher li ż-żewġ partiti mhux qed jirnexxilhom jieħdu voti minn dan il-grupp. Dawn saru partit għalihom infushom. Il-problema hawn hija l-frammentazzjoni kbira li teżisti b’ħafna partiti żgħar li qed twassal biex dan il-grupp jitlef is-saħħa elettorali tiegħu.

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *