Kif l-Evidenza fil-Pussess tal-Pulizija Ntużat biex jitkeċċa Adrian Delia
Aspett ieħor li ħareġ mill-kontro-eżami li Europol li sar fil-kompilazzjoni ta’ Yorgen Fenech huwa l-fatt ta’ meta l-pulizija bgħattet id-data lill-Europol biex tkun investigata. Din inbghatet f’Novembru 2020.
Sadanittant, meta dan il-mobile kien f’idejn il-pulizija Maltija, xorta ħarġet data mill-mobile ta’ Yorgen Fenech fil-media, jiġifieri din ħarġet meta dan il-mobile u apparati ta’ Yorgen Fenech kienu għadhom ma ngħatawx lill-Europol. Infatti persuna kitbet hekk:
“Don’t you find it strange that the mobile phones and other digital apparatus confiscated last year from Yorgen Fenech was given to Europol for extraction of data this November? How do we know that this data wasn’t tampered with in the meantime more so considering the fact that excerpts allegedly involving WhatsApp messages between Adrian Delia and Yorgen Fenech were published on the ToM a couple of months ago? Remember these messages costed Adrian Delia his leadership of the PN!”
Dażgur li dan hu stamb ħafna. Fi kliem sempliċi dan l-apparat ta’ Yorgen Fenech inbagħat mill-pulizija Maltija wara li Adrian Delia tkeċċa minn kap tal-Partit Nazzjonalista. Sadanittant, id-data li kien hemm fih intużat biex Adrian Delia jittajjar il-kap tal-oppożizzjoni u l-persuna f’din il-konġura kienet Jason Azzopardi, li hu l-avukat tal-parte ċivili tal-familja ta’ Daphne Caruana Galizia. Imbagħad jekk tmur tgħid li l-pulizija bgħatet dan il-mobile lill-Europol għaliex issa ma kellhiex bżonnu aktar wara li dan kien intuża kontra l-kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia jgħajruk b’conspiracy theories!
Kif kelli ċans nuri, is-SIM card ġie estratta mill-mobile ta’ Yorgen Fenech u ngħatet apparti mill-mobile u dan il-mobile nbagħat lill-Europol f’evidence bag li kienet miftuħa – jiġifieri mhix ssigillata. Mhux ta’ b’xejn li t-team leader tal-Europol ma deherx b’nemes fil-qorti!