Jason Azzopardi għadu ma wieġebx jekk ħax cruise b’rigal f’Awwissu tal-2017.
Bħal-lum ġimgħa, tellajt blogg dwar cruise li mar fuqu Jason Azzopardi mal-ħabiba tiegħu f’Awwissu tal-2017. F’dan il-blogg staqsejt lil Jason Azzopardi, jekk huwa ħallasx għal dan il-cruise jew le. Fi kliem sempliċi jekk dan il-cruise fuq il-bastiment lussuż Costadiadema kienx rigal jew le. Is-soltu, Jason Azzopardi dejjem jikteb u jgħid jekk dak li nikteb fuqu hux minnu jew le. Infakkar li meta għidt li hu ltaqa’ ma’ Yorgen Fenech, wara li qal li qatt ma ltaqa’ miegħu taħt ġurament, l-avukat tiegħu Edward DeBono ried jiftaħli libell. Wara ħareġ li jien għidt is-sewwa. Fuq dan il-cruise li sar f’Awwissu 2017, skiet perfett. Anki l-media tal-buonisti ma tridx tistaqsi xejn fuqu. Min jaf għalfejn? Dak li hu żgur li Jason Azzopardi ma ħallasx dan il-cruise bil-credit card tiegħu għaliex kieku ġa kiteb biex jgħid li jien inxandar fakenews waqt li jippreżenta l-irċevuti jew il-bank statements. Hawn mhux qed nistaqsu fuq il-ħajja privata ta’ xi ħadd, imma jekk politiku ħax dan il-cruise b’rigal. Jason Azzopardi ma tax tweġiba. Issa nħalliha għalikom biex tirrealizzaw għaliex qatt ma wieġeb, l-anqas fuq il-Facebook page tiegħu, dwar dan il-fatt. Imma l-aqwa li tas-soċjeta’ ċivili jkomplu jħammġu lin-nies li dan il-bniedem irid ikisser. Ara fuq Jason Azzopardi ma jitkellmux anzi jiddefendu l-ħmieġ tiegħu.