Il-Malta Today issemmi lil Chris Cardona fi Storja li ma Kellux x’Jaqsam Magħha

Il-bieraħ, il-Malta Today tellgħet artiklu dwar Malta Luxury Cards provider. Din hija kumpanija li tipprovid credit cards lill-persuni ultra sinjuri.

F’dan l-artiklu,  Matthew Vella jgħidilna li din il-kumpanijia weħlet multa ta’ 373,000 euros għaliex kisret ir-regolamenti tal-ħasil ta’ flus. Ħa nkun ċar, din il-multa ma qalagħtix għaliex kienet qed taħsel il-flus iżda għaliex ma segwitx ‘ad litteram’ jew b’mod eżatt dawn ir-regolament marbuta mal-ħasil ta’ flus. Din il-multa ngħatat wara li saret ‘inspection’ mill-FIAU. Mela FIAU qed jaħdmu u jagħmlu xogħolhom! Infakkar li c-Chairman tal-FIAU ġie mitlub biex jirreżenja minħabba vjaġġ li għamel ma Yorgen Fenech.

Iżda l-argument tiegħi mhux dan. Sew għamel Vella li ġab din l-aħbar. Biss Vella żied li din il-kumpanija li tagħti dan servizz lil ultra-rich spenders – jew lis-sinjuri ħafna – daħħlet taħdem magħha lil ex-ministru tal-Lejber Chris Cardona.  Matthew Vella jkompli jgħid u jfakkar li din il-kumpanija li daħħlet magħha lill-ex-ministru kellha litanija ta’ ‘money laundering breaches’.

Imbagħad taqra l-artiklu u ssib li Chris Cardona iddaħħal jaħdem f’din il-kumpanija wara li kien spiċċa minn ministru u rreżenja mill-Parlament. U fuq kollox iddaħħal jaħdem wara li saru dawn l-inspections mill-FIAU u nstab li din ma mxietx eżatt jew kisret regolamenti marbuta ma proċessar ta’ money laundery.

Issa dan l-ġurnalista għajjarni li jien nħaddan il-“conspiracy theories” u tani titli dispreġġjattivi oħra. Mela x’inhu dan l-artiklu? Jekk Vella għandu informazzjoni li din il-kumpanija daħħlet lil Chris Cardona ħalli tkun tista’ tgħatti “breaches” bħal dawn, għandu jgħidha, u jġib il-provi. Jekk ma għandux dawn il-provi, allura dan hu artiklu ntiż biex iħarref fuq in-nies. Cardona bħala avukat għandu kull dritt li jidħol jaħdem ma’ kumpaniji li jrid. Illum huwa barra mill-politika. Hu l-anqas ma kien f’din il-kumpanija meta saru dawn in-nuqqasijiet. Dan ma jissejjaħx conspiracy theories. Dan insejjaħlu ġurnalizmu tal-ħabba gozz.

Leave a Reply