Bernard Grech għadu Mħawwad u Mitluf wara li jien Kont Kxift kif irid Jagħmel ix-Shadow Cabinet Tiegħu

Meta jien tellajt fuq il-Facebook Page kif Bernard Grech kien qed jippjana kif irid jagħmel is-Shadow Cabinet tiegħu, jien ġejt mgħajjar li qed inxandar fakenews. Illum kien hemm artiklu fil-Malta Independent dwar ix-Shadow Cabinet Nazzjonalista. Ġustament, il-Malta Independent tinnota li Bernard Grech għadu bl-istess shadow cabinet li appunta Adrian Delia. Il-Partit Nazzjonalista kull ma kien kapaċi jgħid li l-prerogattiva tax-shadow cabinet hija biss tal-Kap tal-Oppożizzjoni.

Il-verita’ hija li Bernard Grech qiegħed f’diffikulta x’ser jagħmel. Jekk japponta l-cabinet kif kien oriġinarjament miftiehem li fih kien ser jerġa’ jaghmel lil Claudette Buttigieg ta’ Sellili bħala shadow cabinet tas-Saħħa jkun qed jikkonferma li jien ma nxandarx fakenews. Bħalissa hemm agħa kbira kontra tiegħi fid-Dar Ċentrali. Biss dwar dan nikteb il-quddiem.

Min-naħa l-oħra, id-deputati Nazzjonalisti serji jafu li jekk Claudette Buttigieg tieħu s-saħħa, terġa’ tibda taqa’ għaċ-ċajt kif kienet taqa’ meta kienet ix-shadow minister ta’ dan il-qasam. Meta kienet l-ispokes person tas-saħħa għall-Partit Nazzjonalista, hija kienet tagħmel il-mistoqsijiet parlamentari lill-Ministru tas-Saħħa u dan kien jispiċċa jikkoreġilha l-iżballji kbar kardinali fil-qasam tal-mediċina li kienet tagħmel.  Biss hija għadha tinsisti li trid is-saħħa. B’hekk l-istrateġija kienet li jħallu l-artiklu li jien ktibt jintesa u mbagħad imorru biex jappuntaw ix-shadow cabinet.

Dak li nista’ ngħid fi żgur li dan id-dewmien minn Bernard Grech biex jaħtar ix-shadow cabinet tiegħu ġie mill-fatt li jien kxiftlu l-pjanijiet tiegħu.

Leave a Reply