Liliana Risiott tiddeskrivi d-Dar Ċentrali bħala Bejta tal-Firien

Liliana Risiott Copperstone tellgħet dan il-kumment fuq il-Facebook Page tiegħi taħt il-blogg fejn fih jien għidt li Angelito Sciberras ħalla lill-Partit Nazzjonalista. Angelito Sciberras kien ġa rreżenja fil-passat mill-Elcom għaliex ma riedx ikollu x’jaqsam aktar mal-elezzjonijiet interni. Issa mill-messaġġ li ħalla l-anqas irid lill-ħadd minn tad-Dar Ċentrali wara biebu. Ix-xandara veterana tal-Partit Nazzjonalista, Liliana Risiott Copperstone tgħid li fid-Dar Ċentrali ma fadal xejn valoruż. Tiddeskriviha bħala bejta tal-firien.

Leave a Reply