Il-Pulizija Tinforma lil Jason Azzopardi b’dak li qalhom Joseph Muscat meta mar d-Depot?

Illum kompliet l-inkjesta tal-Imħallfin. Aħjar ma saret xejn għaliex aktar qiegħed joħroġ il-ħmieg li hemm fil-korp tal-pulizija. Is-seduta tal-lum ikkonfermat kemm l-investigazzjoni tal-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia saret ħażin.

F’mument minnhom The Times tirrapporta hekk:  

Azzopardi: “Fenech had told him to be careful because Melvin Theuma was speaking out.”

Muscat: “I deny that without prejudicing the case. I spoke to police about that. There is circumstantial evidence rebutting that.

Fi kliem ieħor Jason Azzopardi qal li Yorgen Fenech kien qal lil Joseph Muscat biex joqgħod attent għaliex Melvin Theuma qiegħed jitkellem’

Muscat ċaħad li Yorgen Fenech qal dan il-kliem, jiġifieri li qallu biex joqgħod attent għaliex Melvin Theuma qed jitkellem. Anzi ma ridx jitkellem fuq dan il-każ għaliex ma riedx jippreġudikah. Biss żied sentenza. Muscat qal li hu tkellem dwar dan il-fatt mal-pulizija. Hu kompla jgħid li hemm evidenza ċirċumstanzjali, jiġifieri evidenza mhux diretta iżda kollaterali li tmeri dan il-fatt, jiġifieri li Yorgen Fenech qalx xi kliem bħal dan lilu.

Jien mhux ser nargumenta dwar dan il-fatt. Dak li laqgħatni f’din l-istqarrija ta’ Muscat huwa l-fatt li Muscat tkellem dwar dan il-fatt mal-pulizija. Wisq probabbli Muscat tkellem dwar dan il-fatt meta kien ġie mgħajjat id-depot. Dak li hu żgur li dan il-fatt kien magħruf mill-pulizija. Mela kif Jason Azzopardi sar jaf dan il-fatt? Din l-informazzjoni għaddiet għand Jason Azzopardi mill-pulizija? Jekk dan huwa l-każ, mela Azzopardi jaf b’dak kollu li Muscat qal lill-pulizija.

Hawn isfel qed nġib kif dan l-istess fatt kien irriportat mill-Malta Today. Ma hux differenti minn dak ta’ The Times.

Leave a Reply