Angelito Sciberras Iħalli l-Partit Nazzjonalista

Angelito Sciberras għadu kif tella’ post fuq Facebook fejn qal li ħalla l-Partit Nazzjonalista u qal lit-tmexxija preżenti biex l-anqas iħabbtu fuq biebu. Dawk ta’ kontra Dr. Delia kienu jgħajtu tant li l-PN mmexxi minn klikka. Fil-verita’, illum, il-Partit Nazzjonalista huwa mmexxi minn klikka u Bernard Grech huwa biss il-pagliaccio tagħhom. Il-messaġġ li Angelito Sciberras ħalla fuq il-Facebook jitkellem sew x’inhi l-qagħda llum fil-Partit Nazzjonalista. Spiċċa partit tal-biki. Angelito kien pilastru fil-PN u tal-media tal-Partit. Kien ukoll fl-Elcom għall-diversi snin u għamel ħafna xogħol siewi għall-Partit Nazzjonalista.

Leave a Reply