Is-Serial Numbers tal-Hard Disks ta’ Yorgen Fenech, Ippreżentati mill-Europol, kollha Ħżiena

Advertisements

Qed niġi mistoqsi jekk mhux “hard drive” waħda jew aktar minn waħda li ġew ippreżentata mill-Europol li kellhom s-serial number miktub ħażin jew le. Qed niġi mistoqsi dan għaliex jien ktibt li l-hard drives kollha tal-kompjuters ta’ Yorgen Fenech li ġew meħuda mill-pulizija kellhom is-serial number irreġistrat differenti minn dak imniżżel mill-Europol bħala li ġew eżaminati.

Il-ġurnali rrappurtaw li hard drive waħda biss kellha s-serial number miktub ħażin. Biss f’wieħed mill-ġurnali, jiġifieri The Times of Malta qal li ‘it seems’, jew kien jidher li serial number wieħed biss ħażin. Intqal li l-Maġistrat Montebello pperpettit lil Giuseppe Totaro jikkoreġi dan is-suppost żball bil-biro!

Hawn nista’ niżvela u nikkonferma dak li ktibt li mhux serial number wieħed kien hemm miktub ħażin imma kollha kienu miktuba “ħżiena”.  Typo error sabiħ! Dan juri kemm din l-investigazzjoni hija magħmula biss biex tfarrak lil Yorgen Fenech u l-Qorti qedha kull darba takkommoda lil dawk li jridu jkissruh. Issa x’ser tagħmel il-maġistrata u tippermetti l-korrezzjonijiet tas-serial numbers l-oħra bil-biro? Possibli li dan Totaro ma jafx jaqra sew is-serial numbers tal-hard drives tal-kompjuter li jkun qed janalizza?

Fuq dan u għala qed jiġri hekk nitkellem aktar ’il quddiem.