Ħadd ma Jaf Fejn Joqgħod Melvin Theuma

Illum fil-qrati tagħna kien hemm kawża oħra li tikkonċerna lil Yorgen Fenech. Din kienet fil-qrati ċivili u tirrigwardja l-kumpens li l-familja Caruana Galizia qegħdha titlob mingħand Yorgen Fenech, l-aħwa Degiorgio, Vince Muscat u Melvin Theuma. Biss f’din il-kawża ġara fatt interessati. Il-kawża ma setgħetx tibda għaliex Melvin Theuma ma kienx ġie notifikat u ĦADD MA KIEN JAF FEJN JOQGHOD. Fi kliem ieħor il-marixxal tal-qorti ma sabux meta mar fil-propjeta’ li huwa rreġistrat li qed joqgħod fiha – skont kif imniżżel fuq lD Card. Issa l-qorti ordnat li ssir n-notifika bil-pubblikazzjoni fil-gazzetta tal-Gvern u l-pubblikazzjoni f’żewġ ġurnali lokali u affizzjoni mal-bieb fejn joqgħod u fl-għassa tal-pulizija tal-lokal. Sa fejn naf jien dan għandu l-għassa miegħu erbgħa u għoxrin siegħa kuljum.

One comment

  1. dan ghax il-familja CG qed tfittex hames persuni involuti fil qtil ghad danni.Jien kont nahseb li persuna tfittex ghad danni wara li qorti taghti tort lil min wettaq reat u mhux waqt li ghadhom kumpilazzjoni
    w

Leave a Reply