L-Imħallfin iħarrku persuna biex tixhed meta bil-liġi ma tistgħax tixhed. Minflok imorru għal Edward Zammit Lewis

Illum kompliet l-inkjesta tal-Imħallfin. L-Imħallfin ħarrku lill-Kummissarju ta’ Kontra l-Korruzzjoni biex jitla’ jixhed quddiemhom. Dan obda u tela’. Biss possibli dawn it-tliet imħallfin ma kienux jafu li l-Kummissjarju ta’ Kontra l-Korruzzjoni ma jistax jixhed u miegħu l-ebda membru tal-bord? Il-liġi stess iżżommhom milli jixhdu.

Infatti quddiem it-tliet imħallfin deher is-segretarju tal-board, Saviour Attard li qal li sal-2019, kien hemm 10 każijiet pendenti. Biss il-kummissarju ta’ Kontra l-Korruzzjoni, l-imħallef Lawrence Quintano kkwota l-liġi li tgħid li membri ta’ dan il-bord ma jistgħux jagħtu xhieda u kull informazzjoni li jagħtu tkun mitqiesa bħala ksur tal-liġi u b’hekk issir att kriminali.

F’dan l-istadju tidħol l-avukat tal-familja Caruana Galizia, Therese Comodini Cachia. X’tagħmel din l-avukata? Tistaqsi dwar ir-rapporti tal-kummissjoni u tgħid li skont il-liġi dawn għandhom jingħataw  lill-Ministru tal-Ġustizzja. X’għamlu l-imħallfin? Jgħidu li ser jgħajtu lil Ministru Edward Zammit Lewis biex jitla’ jixhed!  

Mela l-ewwel kellna l-artikli fil-ġurnali kontra Zammit Lewis. Imbagħad ittella’ jixhed il-Kummissarju ta’ kontra l-Korruzzjoni. Għalija hija diffiċli biex nemmen li dawn l-imħallfin ma kienux jafu li dan l-Kummissarju ma jistgħax jixhed. B’kumbinazzjoni, Therese Comodini Cachia ssemmi r-rapporti tal-kummissjoni u b’hekk ġie mżeffen fin-nofs il-Ministru tal-Ġustizzja. Issa l-istess ministru, b’kumbinazzjoni, spiċċa fiċ-ċentru ta’ din l-inkjesta.

Nispera li ma jkunx hawn min ser jgħajjarni b’”conspiracy theories” meta ktibt li l-Ministru tal-Ġustizzja huwa fil-mira ta’ dawk li huma favur il-kawża ta’ Daphne Caruana Galizia. Daqt tisimgħuhom jgħajtu li jriduh jirreżenja.

2 comments

Leave a Reply