Nerġa Ningħata raġun fuq dak li kont ktibt fuq il-Pilatus Bank

Matul il-kampanja elettorali għall-kap tal-Partit Nazzjonalista kont tellajt xi posts dwar il-fatt li s-sid tal-Pilatus Bank, Ali Sadr Hasheminejad, kien ser jiftaħ kawża minħabba li ġralu u għax kissrulu l-bank tiegħu. Meta ktibt hekk kont ġejt mgħajjar min dawk li llum huma wara Bernard Grech u l-kawża ta’ Daphne Caruana Galizia li jien kretin, xewwixi, aħdar u ma nafx kemm l-aġġettiv ieħor. Għal darba oħra, l-istorja tatni raġun. Qed nġib dan l-artiklu mill-Malta Today biex nuri li dak li nikteb mhux fakenews jew conspiracy theories. Jien kont ktibt dwar din il-kawża fuq il-Facebook page tiegħi xhur ilu.  Mela, l-informazzjoni li kelli kienet ibbażat fuq is-sewwa. Anki dak li għidt dwar il-fatt li s-Sid tal-Pilatus Bank rebaħ il-kawża fl-Amerika kien minnu u mhux kif mar u kiteb xi ħadd u qal li kien hemm xi forma ta’ patteġġjatament fil-Qorti Amerikana wara li Ali Sadr Hasheminejad. Il-Malta Today kitbet li s-Sid tal-Pilatus Bank issa fetaħ kawża lill-Bank Ċentrali Ewropej minħabba l-kawża li nfetħet kontrih fl-Amerika. Fuq kollox, fl-artiklu tissemma’ MFSA. Jidher ċar li Ali Sadr Hasheminejad ser ifittex lil MFSA talli rrevokat il-liċenzja.

Nispera li l-Gvern jieħu tagħlima u ma jibqax jisma’ minn din il-banda tad-Daphne Brigade u jikkuntentaha f’kollox. Ma hemmx dubbju li wara din il-banda hemm persuni li qegħdin fl-istituzzjonijiet pubbliċi. Dawn iridu jintalbu jagħtu rendikont ta’ għemilhom. Mhux sew li minħabba fihom ser ibati l-poplu Malti. Hawn qed nitkellmu fuq miljuni ta’ Euros f’danni.

Kieku jien flok il-Gvern ninkwieta bil-kbir minħabba din il-kawża. Din ser tkun il-vera kawża li ser ittellef il-kredibilita’ ta’ Malta.

One comment

Leave a Reply