Għaliex Yorgen Fenech iriduh il-Ħabs? Biex Jittajjar Ministru ieħor tal-Gvern.

Il-bieraħ fil-qorti ġiet ippreżentata massivita ta’ data meħuda mill-computer u mobiles ta’ Yorgen Fenech. Konna ilna nisimgħu dwar din id-data.

Biss minn din id-data kollha, ma ħarġet l-ebda evidenza li tinkrimina lil Yorgen Fenech bil-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia. Fuq dan il-fatt ma hemm xejn. Hemm biss ħafna messaġġi ta’ natura personali li ma għadhom xejn x’jaqsmu mal-każ. Għall-inqas din id-darba, il-Maġistrat Montebello wriet ċertu intelligenza u ma ħallitx il-pubblikazzjoni ta’ din id-data ta’ messaġġi ta’ natura personali li għaddew bejn l-akkużat u diversi persuni, inkluż familjari tiegħu.

Sadanittant, minħabba l-istennija ta’ din id-data daqshekk importanti, persuna ilha xhur il-ħabs għalxejn biex il-klikka ta’ Bernard Grech joqgħodu jgħajruh l-assassin. Basta jgħajtu bir-rule of law. Dan hu attentat mill-forzi devjati tal-istat biex Yorgen Fenech jibqa’ jinżamm il-ħabs ħalli jsir attakk ieħor fuq xi politiku, bħal ma sar biex jitgħajjar Adrian Delia. Il-politiku li jmiss huwa l-Ministru tal-Ġustizzja Edward Zammit Lewis. Għalhekk, il-Media tad-Daphne Brigade ilha tħabbaq li Zammit Lewis ħabib ta’ Yorgen Fenech, jiġifieri ħabib ta’ persuna li llum huwa detenut il-ħabs. B’hekk qed narawha dawn l-attakki fuqu. Għajruni kemm tridu b’conspiracy theories u fake news. Biss iż-żmien ġa beda jagħtini raġuni. U biex iseħħ dan, u jitgħajjar Zammit Lewis, hemm bżonn li l-forzi devjati ta’ dan il-pajjiż jaħdmu biex Yorgen Fenech jibqa’ jinżamm il-ħabs! Jekk jingħata l-ħelsien mill-arrest, ifalli l-pjan tagħhom.

Għada ser tkompli tisimgħu kemm f’din id-data kollha ma hemm xejn x’jinkrimina lil Yorgen Fenech bil-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia.

Leave a Reply