Silvio Debono jixhed fl-Inkjesta

Illum kien hemm is-smiegħ tal-Inkjesta. Din kienet ‘in parallel’ mal-kompilazzjoni ta’ Yorgen Fenech. Tela’ jixhed persuna nvoluta fil-qasam tal-kostruzzjoni. Dan hu Silvio Debono. Dan hu businessman kbir. Biss dak li laqgħatni mis-smiegħ tal-lum ma kienx kemm il-libell fetaħ Debono kontra Daphne Caruana Galizia u t-talba bil-pulitt biex dawn ikun rikonsidrati, iżda dak li qal l-Imħallef Joseph Said Pullicino dwar il-proġett tal-bini kbir flok l-Istitut tat-Turizmu fil-Bajja ta’ San Ġorġ. Fil-bloggs li kelli fuq l-Malta Independent kont ktibt kontra dan il-proġett u favur ir-residenti.

Biss xorta ma nistgħax nifhem kif l-imħallef Said Pullicino jagħmel din l-istqarrija. Hawn ser inkun qed nikkwota minn The Times tal-lum 30 ta’ Novembru 2020.

“Judge Joseph Said Pullicino said the panel was not there to decide whether the deal was of good value, adding that they were more interested in understanding how the government managed major contracts.”

Din l-inkjesta mhux dwar il-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia infetħet u jekk dan setgħax ikun evitat? Mela kif l-imħallfin huma interessanti jkunu jafu kif jiġu ‘managed’ il-kuntratti kbar tal-Gvern? Jista’ xi ħadd jispjegali dan x’għandu x’jaqsam mar-remit ta’ din l-inkjesta jew jekk dan id-delitt setgħax ikun evitat?

Mela issa ser nipprovaw insibu l-mottiv ta’ dan id-delitt f’xi kuntratt kbir ieħor tal-Gvern?

Fl-opinjoni fqira tiegħi dan hu xogħol tal-Awditur Ġenerali. Hu jinvestiga l-kuntratti tal-Gvern u kif dawn jingħataw.

Din l-inkjesta tilfet kull skop li għalih saret.

One thought on “Silvio Debono jixhed fl-Inkjesta

  1. Mill-bidu nett din l-inkjesta qatt ma kienet dwar jekk id-delitt setgħax ikun evitat jew le, imma sempliċiment biex jaraw kif se jitfgħu kollox fuq il-gvern jew xi esponent minn tal-gvern.

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *