Blogpost minn persuna qrib id-Dar Ċentrali: Jaqaw Chris Said Kisirha ma’ Bernard Grech?

Xi ġralu Dr Chris Said? Qabżitlu? Qata’ qalbu? Għaliex beda jitbiegħed mid-Dar Ċentrali? Mela filli kollox f’idejh u filli telaq kollox? Dan l-avukat, li qatt ma aċċetta t-telfa kontra Dr Delia, kien wieħed mill-aktar deputati fil-Partit Nazzjonalista li ħadem kontra Dr Delia. Għamel ħiltu kollha biex argumenta kontra jew anke żeblah kull ħaġa li prova jagħmel il-Kap preċedenti. Dan kien il-prim litigatur u l-porta voce tal-klikka. Kien l-iktar wieħed li jitbaqbaq fil-grupp parlamentari u fl-eżekuttiv. Kien dak li mexxa, flimkien ma oħrajn, kull rivolta u kull mossa li setgħet wasslet għat-tneħħija ta’ Dr Delia minn Kap tal-Partit. Ma qata’ qalbu qatt. Ma ninsewx li dan flimkien ma Santa Marija Goretti, Claudette Buttigieg, Sellili, mar għand il-President ta’ Malta biex itajjar lil Dr Delia u jpoġġi lil Commodini Cachia. Dan huwa l-istess avukat li f’kull okkazzjoni vvomta fuq Dr Delia. Fl-aħħar ma ninsewx ukoll il-biki ta’ ferħ u t-tgħanniq fit-tul ma’ Bernard Grech kif kien dikjarat Kap. Dan huwa avukat li ma jafx xi tfisser tistħi. Dan huwa avukat li l-odju jieklu mal-ikel. Dan huwa avukat li fil-politika dejjem kellu aġenda personali taħt kull Kap. Dan huwa l-avukat li meta tilef ħalef li jkisser. Kif laħaq Bernard dan kull ġurnata li għaddiet kien iqatta’ bejn sagħtejn u tlieta d-Dar Ċentrali. Ħafna minn dan il-ħin jagħmlu fl-uffiċċju ta’ Bernard. Bl-iskuża li jgħin lil Bernard, li ma kellux u għad m’għandux ideja ta’ tmexxija u ta’ diskorsi, beda jipprepara kollox lil Bernard. X’turina din? Turina ċar li t-tmexxija tal-Partit għalkemm jidher Bernard fuq quddiem, kienet qed issir minn Chris. Imma tistaqsuni kif tista’ tasal għal dan? Jien ma nistgħax nifhem u nħossni tassew imħawwad, kif il-Partit li għandu żewġ deputati Kapijiet, kien qed ikun Chris Said li jagħżel il-kandidati. Dan, min jeddu jew għax hekk rid, beda jċempel lill-kandidati kemm dawk stabbiliti u dawk ġodda, biex jiddiskuti magħhom fuq liema distrett ser jikkontestaw. Wasal ukoll biex ma aċċettax l-għażla ta’ kandidati li xtaqu joħorġu fuq iżjed minn distrett wieħed. Ħalli nifthiemu ċar. Is-soltu meta naslu għal xi elezzjoni, il-kandidati jagħżlu distrett huma u t-tieni għażla ssir mill-Partit. Il-Partit jara fejn l-aħjar li jinnomina xi kandidat għat-tieni distrett tiegħu. Fil-fatt smajna lil Dr Delia jgħid li hu ħiereġ fuq it-tmien distrett u qed jistenna lill-Partit jgħidlu fejn ser ikun it-tieni distrett tiegħu. Min hawn joħroġ ċar li Said kien qed jiddeċiedi hu fuq il-kandidati. Imma dan b’liema dritt? Min tah din l-awtorita’ kollha? Għaliex qed jirranġa jew iħawwad hu? Diġa ħareġ fil-beraħ li kien hemm l-inkwiet anke fl-istess klikka tar-ribelli. Għaliex Jason Ażżopardi, li għalija lanqas għandna nħalluh ikun kandidat, ma jitħalliex joħroġ fuq Tas-Sliema meta kulħadd jaf li qed joqgħod Tas-Sliema bħalissa u ġaluh joħroġ fuq id-disa’ distrett? Għaliex imbagħad ħallejna li Mark Anthony Sammut, mill-Gudja u joqgħod Ħal-Għaxaq, joħroġ fuq l-għaxar distrett? X’sar minnu Carol Aquilina, li għalkemm mis-Siggiewi, huwa deputat tal-għaxar distrett? Sewwa ngħid li lil Aquilina ma jriduhx joħroġ fuq l-għaxar distrett? Sewwa ngħid li Chris u Bernard qed jimbuttaw lil Mark Anthony u b’hekk qalftu lil Jason u qed jagħmluha diffiċli lil Carol? Possibbli li Chris ma sabx kandidati li kienu jew qed joqgħodu fil-lokalitajiet tal-għaxar distrett? Possibbli li l-Partit kellu jmur in-naħa l-oħra ta’ Malta biex isib kandidat għall-għaxar distrett? Jew Chris qed jaħdem għall-ħbieb flok għall-Partit? Imma issa x’ġara? Għalfejn m’għadux jersaq lejn id-Dar Ċentrali. Tgħid qata’ qalbu? Forsi kien mgħejjun wkoll xi ftit mill-President tal-kumitat eżekuttiv Alex Perici Calascione li ukoll jidher li qed jitlef daqsxejn il-fiduċja f’Dr Grech. Fuq l-aġenda ta’ kull eżekuttiv jkun hemm item fuq il-qagħda politika. Din l-item titniżżel biex ir-rgħajjes jagħti rendikont politiku ta’ x’ikun għaddej fil-pajjiż mill-att politiku. Xi ħadd jistenna jew jemmen li l-President tal-Eżekuttiv jgħid lill-mexxej li ma tantx kellu għalfejn jitkellem għax ma kienx hemm ħafna xi jgħid fuq il-qagħda politika? Possibbli li Chris ma fetaħx ħalqu dak il-ħin, meta nafu li l-ħin kollu jtellef, jirrispondi u jargumenta ma kull min jitkellem? Nistaqsi lil Said, qbilt ma Perici Calascione? Issa ħa nifthemu. Dan l-istatement li għamel Perici Calascione huwa qawwi ħafna ħbieb. X’ried ifisser bih Perici Calascione? Ried jagħlaq ħalq Dr Grech? Wassal messaġġ li Dr Grech ma kellux għalfejn jitkellem? Fi kliem sempliċi Alex kien qed jgħid lil Bernard, li mill-esperjenza ta’ laqgħat oħra, Alex kien jaf li Dr Grech kien ser jgħid biss li jkun diġa intqal fl-aħbarijiet? Għandna nifhmu ukoll li Dr Perici Calascione jaf li l-analiżi tal-politika u l-viżżjoni politika ta’ Dr Grech huma limitati jekk mhux ineżistenti? Nistaqsi: jaqgħu Dr Said u Dr Grech qattgħu l-karti? Ħa ngħidu kollox. L-għajdut qalb in-Nazzjonalisti huwa li kull nhar ta’ Ħadd il-laqgħa politika li tkun indirizzata minn Dr Grech tkun qisa omelija waqt xi quddiesa minn xi qassis li jraqdek jippriedka. Issa jekk Dr Grech waqqa’ id-diskors politiku ta’ nhar ta’ Ħadd għal omelija mqanżħa, il-Partit Nazzjonalista għandu verament għal x’hiex jinkwieta. Ma nistgħux inqisu lil Dr Said bħala xi statesman jew xi oratur warrabbli. Imma biex inkunu għidna kollox ma jaqax fil-livell ta’ omelija. Din tista’ tkun konferma li fil-priedki ta’ Dr Grech twarrab il-ħsieb ta’ Dr Said. Sfortunatament nistgħu nikkonfermaw li l-għażla mgħaġġla ta’ Dr Grech kienet għażla ħażina.

2 comments

  1. Jekk u veru dan il argumenti allura attenti mil ispijji u jaqbel in nazzjioalisti jghatu risposta li mghaqudin ghax waslet il ftira issa jew qat biex jinbidel il gvern. Tra le due litigani il terzo gode.

Leave a Reply