Where your opinion counts

Bernard Grech irid persona Pro-Choice President tal-FOIPN

Minn sorsi li għandi, illejla, Jamie Vella se jilħaq President tal-FOIPN – Forum Opportunitajiet indaqs tal-PN. Jamie Vella kien ġie mkeċċi mill-MZPN għax huwa  pro-choice fil-kwistjoni abort. B’hekk bl-għażla tiegħu, jidher li taħt Bernard Grech, l-abort mhux ser jibqa’ taboo għall-PN. Bil-mod il-mod, Bernard Grech qed iwitti t-triq biex il-Partit Nazzjonalista jaċċetta din l-għażla. Dan kien punt li jien kont għamilt waqt il-kampanja ta’ Bernard Grech u kont ġejt ikkritikat ħafna dwaru. Il-PN ikompli miexi fil-mixja liberali tiegħu.  

PS. Nikkonferma li dak li ktibt hu minnu. Infatti l-lejla 30 ta’ Novembru, Jamie Vella leħaq il-President tal-FOIPN. Dak li nista’ nżid li minħabba dan l-artiklu, kellhom jitolbu vot.

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *