Where your opinion counts

Rebħa Kbira għall-Partit Laburista fil-Junior College

Aħbar imporanti li ġrat matul din il-ġimgħa kienet li fil-Junior College saret l-elezzjoni tal-Kunsill tal-Istudenti. Fiha saru l-elezzjonijiet tal-istudenti. Rebħu l-Pulse. Għal dawk li mhux fil-politika, fil-Junior College hemm żewġ għaqdiet tal-istudenti. Waħda hija wara l-Partit Laburista. Din tissejjaħ Pulse. L-oħra hija mbuttata mill-Partit Nazzjonalista. Din tissejjaħ SDM.

Issa fil-Junior College, hemm aktar studenti li huma favur il-Lejber milli hemm fl-Universita’. Qed ngħid dan, għaliex waqt li fil-Junior College il-maġġoranza dejjem kienet favur il-Lebjer, meta isiru l-elezzjonijiet simili fl-universita’ dawn imorru favur l-SDM.

Dan jirrefletti realta’ fl-edukazzjoni Maltija. Normalment, studenti li ġejjin minn working background huma aktar favur l-Lejber. Illum nafu li fuq bażi edukattiva, dawn it-tip ta’ tfal huwa aktar f’riskju li ma jibqgħux imorru l-iskola, jigifieri ma jispiċċawx l-iskola sas-sittax.

Sal-2019, dawn l-elezzjonijiet kienu juru, fl-opinjoni tiegħi, dak li qed iseħħ fuq livell politiku fil-Junior College u ser ikompli juru x’inhu jiġri fl-Universita’. Dawk l-istudenti li huma ġejjin minn “working class background” huma aktar f’riskju li ma jkomplux għall-universita’ minn studenti oħra. B’hekk dan jispjega għala l-Pulse jerbaħ fil-Junior College u l-SDM jerbaħ fl-Universita’.

Wieħed irid jiftakar li dawn l-elezzjonijiet jimxu fuq il-kriterju ta’ block vote. Dan isir biex ikun assigurat li l-uffiċjali tal-Kunsill ikun dejjem mill-istess għaqda.

Biss din id-darba ġara xi ħaġa mhux tas-soltu fl-elezzjonijiet tal-Junior College. SDM tilef bil-kbir. Il-kandidati tal-Pulse ġabu bejnithom kważi d-doppju li ġabu l-kandidati tal-SDM. Dan wassal biex sar servizz fuq in-NET jallegaw bi frodi. Ma naħsibx li qatt kien hemm telfa daqshekk kbira għall-għaqda SDM li warajha hemm il-Partit Nazzjonalista. Is-sena l-oħra, il-Pulse rebħu biss bi sbrixx.

Din ir-rebħa għall-Pulse ġiet wara li Bernard Grech ħa l-Partit Nazzjonalista f’idejh. Dan kien l-ewwel test għalih u għall-istrateġisti u l-esperti tiegħu. Il-kandidati tal-SDM ġew imbuttati mill-fazzjoni li llum ħatfet il-Partit Nazzjonalista f’idejha. It-tmexxija tal-kampanja tal-SDM kienet waħda mibnijia fuq ‘self-rightness’ u ‘entitlement’ tipiku ta’ kif kienet tħobb tagħmel il-kampanja tagħha Daphne Caruana Galizia u dawk li jaħsbu bħalha. Din ġiet miċhuda miż-żgħażagħ tal-Junior College.

B’dan it-tip ta’ riżultat, il-Partit Nazzjonalista qed jissogra jitlef il-maġġoranza storika li dejjem gawda fl-Universita’.

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *