Grazzi lil The Times għar-Riklam b’Xejn li Tatni

Nixtieq nirringrazzja lil The Times tar-riklam bla ħallas li għamluli. Ftit jiem ilu, kiteb post kontra tiegħi d-Deputat Ġenerali tar-Repubblika, Philip Galea Farrugia. Ftit jiem wara, jiġifieri, il-Ġimgħa, 27 ta’ Novembru kiteb artiklu kontra tiegħi Manuel Delia tal-Arriva. Din ix-charade kompliet l-għada, meta The Times, kitbet artiklu kontra tiegħi ffirmat minn Edwina Brincat. Fuq dan l-artiklu nitkellem aktar ’il quddiem. Dak li jgħaqqad lil dawn it-tlieta flimkien huma l-fatt, li dawn huma kollha kontra Yorgen Fenech. Dawn huma kollha favur Jason Azzopardi. Dawn l-artikli kollha jikkonċernaw il-fatt li jien qed nikteb fuq dak li għaddej fil-kompilazzjoni ta’ Yorgen Fenech. Dak li nista’ ngħid lill-editur ta’ The Times of Malta, li grazzi għar-riklam b’xejn tiegħu żdieduli n-nies li qed jitolbu biex jidħlu fil-group tiegħi. Żdiedu wkoll dawk li qed jaraw is-site tiegħi – simonmercieca.com.  Jekk The Times of Malta għadha taħseb li billi tikteb xi artiklu kontra xi akkademiku, dan l-akkademiku ser jitlef il-kredibilita’ tiegħu, qed jgħarralha. In-nies indunaw li d-Daphne Brigade huma ‘after my skin’. Basta The Times tiftaħar favur il-liberta’ tal-espressjoni. Għax jien għamilt share ta’ artiklu minn gazzetta, fost il-ħafna gazzetti li ġabu r-recordings ta’ Melvin Theuma, jien spiċċajt taħt il-qorti akkużat b‘contempt of court u l-gazzetti li tellgħu dawn ir-recordings, l-anqas biss issemmew mill-magistrat. Dik ġustizzj fil-qrati Maltin! Dak li nista’ ngħid lil The Times li b’dan l-artiklu mhux ser tħammarli wiċċi. Kif jgħid Fr. David Muscat – piu’ nemici piu‘ onori jew Aktar ma jkollok għedewwa, aktar ikollok unuri! Nixtieq nirringrazzja lill-editur ta’ The Times u lil Edwina Brincat, għaliex permezz ta’ dan l-artiklu, sirt naf ċertu affarijiet dwar din il-kawża li tikkonċerna lili li ma kontx nafhom.

ż

Leave a Reply