Ġlied kbir fl-Ewwel Laqgħa tal-Esekuttiv u l-Istrategy Group Ġdid tal-PN

Il-Ħadd li għadda, il-gazzetti komplew jagħtuna l-aħbar ta’ minn ser ikun kandidat mal-Partit Nazzjonalista fl-elezzjoni li ġejja. Sirna nafu li Jason Azzopardi mhux ser joħrog fuq id-distrett ta’ Tas-Sliema. Minflok, fuq danid-distrett ħarġu lil Mark Anthony Sammut. Hu ser ikun qed joħrog fuq dak ta’ San Ġwann.

Infakkar li l-għażla tal-kandidati għall-elezzjoni li jmiss bdew jiġu diskussi fil-laqgħa tal-esekuttiv li saret 4 ta’ Novembru u li fiha kien hemm l-approvazzjoni ta’ kandidati ġodda li ser joħorġu mal-Partit Nazzjonalista.

Matul din il-laqgħa tal-esekuttiv, Claudio Grech u Chris Said tlewmu bl-ikrah bejniethom fl-eżekuttiv fuq din il-lista. Tant kemm saħħnet il-qiegħa, li Chris Said qabad jgħajjat u jsabbat u telaq il barra.

Dak li ġara huwa li llum il-Partit Nazzjonalista illum hu f’idejn Chris Said u Francis Zammit Dimech. Huma qed imexxu kollox u huma qed jagħżlu l-kandidati l-ġodda.

Claudio Grech ma qabilx mal-għażliet li huma qed jagħmlu ta’ kandidati ġodda. Għalih, il-kandidati l-ġodda li qed jagħżlu Said u Zammit Dimech mhux ser iwasslu lill-Partit Nazzjonalista għal rebħa elettorali. B’dawn il-kandidati, il-PN ma għandux ċans jirbaħ l-elezzjoni li jmiss. Tant kemm irrabja Claudio Grech li qalhom biex lilu ma jqiesuhx bħala kandidat aktar tal-Partit Nazzjonalista, jekk il-Partit Nazzjonalista ser jibqa’ jiġi b’dawn it-tip ta’ listi.

Claudio Grech qal hekk għaliex skont hu, b’dawn il-kandidati ġodda, il-PN ma għandux ‘chance’ jirbaħ l-elezzjoni li jmiss. Il-pjan hu li jintgħażlu kandidati li ma jkunx jistgħu jagħtu sfida lil dawk stabbilit u b’hekk  il-Partit Nazzjonalista jibqa’ bl-istess uċuh. L-eċċezzjoni huma dawk ġodda qrib il-klikka. Biss dawn huma ftit u xorta hawn hemm l-inkwiet għax hemm minn hu stabbilit u qiegħed jinkwieta bihom.

Fuq kollox, Claudio Grech ħassu urtat għaliex lilu staqsewh jekk hux ser jikkontesta l-elezzjoni li jmiss b’sempliċi telefonata ta’ 22 seconda. Fuq kollox meta seħħet din it-telefonata, Claudio Greck kien man-nies u ma setgħax jitkellem.

Ikun f’dan il-mument li qam biex jitkellem Ryan Callus u bil-kemm tah chance jibda, Chris Said beda jgħajjat u telaq il-barra. Kien f’dan il-kuntest li Claudio Grech qalhom li jekk din il-lista ħierġa kif inhi, ma jinteressahx li jkun kandidat tal-Partit Nazzjonalista fl-elezzjoni li jmiss.

Iżda fil-jiem li għaddew saru tentattivi biex ikunu rranġati l-affarijiet tant li lil Claudio Grech inkluduh fl-istrategy team li ġie mwaqqaf fil-Partit Nazzjonalista. Fuq dan l-istess team ser ipoġġi Chris Said. Membri oħra li qed jissemmgħu fuq dan it-team huma Jeremy Gingell, Ray Bezzina, Alessandro Farrugia u persuna, li kienet ex- chairman ta’ entita’ tal-Gvern qrib ħafna l-ex-ministru Austin Gatt. Sallum, il-Partit Nazzjonalista għadu ma ċaħadx dak li għidt fir-rigward ta’ Ray Bezzina. Nispera li jkolli konferma ta’ dan li qed ngħid dwar l-istrategy group li ġie imwaqqaf fil-Partit Nazzjonalista.

Leave a Reply