Daphne Caruana Galizia maqtula mill-Ndrangheta?

Il-bieraħ, Studio Aperto News tat l-aħbar li nqabad persuna, Roberto Recordare u din il-persuna tista’ tkun imdaħħla fil-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia. Il-gazzetta elettronika Newsbook ġabet din l-aħbar. Skont din l-aħbar, il-qtil tagħha qed ikun marbut mal-mafia. Infakkar li din il-linja ta’ indaġini kienet fil-bidu tal-investigazzjoni tal-pulizija Maltija. Kien Manuel Delia li qal li din hija indaġini ħażina.

Forsi Manuel Delia kellu ftit raġun. Għaliex is-suspett ma hux li Daphne Caruana Galizia nqatlet mill-Mafja imma mill-Ndrangheta. L-Ndrangheta hija organizzazzjoni kriminali wisq agħar mill-Mafia. Hawn qed nitkellmu fuq ħasil kbir ta’ flus. Is-somma li ssemmiet hija ta’ 136 biljun. Dan in-negozjant qed jissemma’ li kien ġa ħasel 500 biljun. Dan Roberto Recordare għamel referenza speċifika għall-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia. Skont Newsbook:

“ANSA rrapporta li Recordare irrefera wkoll għall-assassinju tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia, fejn qal li “għadhom qed jiġbru l-biċċiet tagħha f’Malta”.

Hawn trid terġa’ ssir il-mistoqsija li ħafna qed jistaqsu. Għaliex il-kompjuter ta’ Daphne Caruana Galizia qatt ma ngħata mill-familja Caruana Galizia lill-pulizija? Infakkar li l-familja għandha fiduċja fl-investigatur Keith Arnaud. Mela għala ma tahulux? Kien dan il-kompjuter ser jikxef affarijiet li xi ħadd x’imkien qatt ma ried li nkunu nafu bihom?

Fil-kuntest tal-Ndrangheta, dak il-kliem ta’ Recordare għandu żewġ sinifikati. Dak intqal għaliex Daphne Caruana Galizia kienet ser tikxef xi ħaġa dwarhom jew inkellha intqal għaliex kienu saru l-kontijiet magħha. Issa hija għall-investigaturi li jsiru jafu x’inhi l-verita’ wara dik il-frażi. Minn din l-investigazzjoni nsiru nafu min hu verament il-Mafioso!   

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *