Darren Debono u David Casa

Wara li nqatlet Daphne Caruana Galizia, il-media internazzjonali bdiet titkellem li dan kien qtil mafjuż. Ikun f’dan il-kuntest li jissemma’ l-isem ta’ Darren Debono, li għadu kif ġie arrestat mill-pulizija fuq kuntrabandu taż-żejt. Infakkar li immedjatament wara li nqatlet Daphne Caruana Galizia f’Ottubru tal-2017, beda jissemma’ l-ħsieb li Daphne Caruana Galizia nqatlet minħabba dak li kienet ser tikxef fuq dan l-iskandlu tal-kuntrabandu taż-żejt. F’dan il-kuntest jiġru numru ta’ affarijiet strambi.

L-ewwel: il-kompjuter ta’ Daphne Caruana Galizia ma ngħatax lill-Pulizija Maltija. B’hekk dan il-fatt qatt ma seta’ jkun stabbilit f’ċertezza.

It-tieni: ftit wara li nqatlet Daphne Caruana Galizia, persuna tagħmel artiklu fuq blogpost fejn titkellem dwar il-konnessjonijiet bejn l-MEP David Casa u Darren Debono. Il-konnessjonijiet ma’ jmorrux biss għall-ħbiberija intima li hemm bejn dawn it-tnejn, iżda wkoll, li Darren Debono kien iddaħħal jaħdem bħala ‘person of trust’ fil-Ministeru tal-Affarijiet Barranin li dak iż-żmien kien immexxi mill-Ministru Joe Borg. Fuq kollox, skont dan l-artiklu, Darren Debono kien jaqsam l-uffiċju ma’ David Casa u kien Casa li daħħlu jaħdem f’dan il-ministeru. Tant hu hekk li skont dan l-artiklu, Darren Debono kien jirrispondi direttament lil David Casa u lil ħadd aktar. L-anqas il-Ministru Borg ma kien jista’ jindaħal jew ikellem lil Darren Debono. Din l-aħbar ġiet ippubblikata fl-15 ta’ Novembru 2017.

It-tielet: Ftit jiem wara li ħarġet din l-aħbar, Manuel Delia kiteb blogpost fuq il-blogg tiegħu. Dan inkiteb fl-25 ta’ Novembru ta’ tliet snin ilu. Fih jgħid li l-iskandlu taż-żejt u l-mafja Taljana ma għandhomx x’jaqsmu ma’ dan il-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia. Skont huwa, il-mottiv ried jinstab fil-business li kien għaddej mal-Azerbaijan.

Ir-raba’: Minn hemm ’il quddiem il-media li tissapportja lir-Repubblia u Occupy Justice bdiet kampanja kbira biex tnessiena l-iskandlu tal-kuntrabandu taż-żejt u lil Darren Debono. Bil-mod il-mod, kollox beda jdur fuq Yorgen Fenech u t-teorema li hu l-mandant ta’ dan il-qtil.  L-ispetturi li qed imexxu l-investigazzjoni fuq il-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia bdew jimxu fuq din it-teorema. Il-kelma teorama għandha sinifikat speċifiku fil-ġurisprudenza. Hija tfisser l-asserzjoni li ssir fir-rigward ta’ inkjesta. Fil-każ tal-qtil ta’ Daphne Caruana Galiza, it-teorema li żviluppat kienet li din inqatlet minħabba l-ElectroGas. Din kienet biss asserzjoni li l-media għamlet biex tkisser lill-businessman Yorgen Fenech u l-qorti żżommu arrestat il-ħabs.  Illum nafu li din mhix minnha u l-ElectroGas mhux il-kawża tal-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia. Fi kliem ieħor sar trabokk jew frame-up fuqu.

Il-ħames: Infakkar li meta Jason Azzopardi mar fuq l-istazzjon tar-radju tal-knisja faħħar ħafna lil dawn l-ispetturi tax-xogħol li qed jagħmlu fil-kompilazzjoni ta’ Yorgen Fenech. Fi kliem ieħor faħħarhom talli kienu qed jimxu fuq din it-teorema li klikka fi ħdan il-Partit Nazzjonalista kienet żviluppat.   

Is-sitta: Infakkar li David Casa kien wara l-gideb ta’ Maria Efimova. Illum nafu minn inkjesta li għamel maġistrat li din xehdet fil-falz. Il-media tal-buonisti, is-Soċjeta’ Ċivili, Manuel Delia, Repubblika u Occupy Justice ppreżentawilna bħala Santa Maria Goretti.  

Is-seba’: Yorgen Fenech qed jinżamm il-ħabs fuq ix-xhieda ta’ Melvin Theuma li issa ħareġ li jista’ jkun hemm dubju kemm hija korretta jew veritiera. Kif ktibt fi blogg separat, issa anki l-imħallfin tal-inkjesta qed juri dubbju minnha.

It-tmienja: F’dan il-kuntest għala d-Deputat Avukat tar-Repubblika Philip Galea Farrugia għadu ma għajjatx lil Melvin Theuma biex jerġa’ jitla’ jixhed fil-kumpilazzjoni ta’ Yorgen Fenech? L-anqas għadu reġa’  għajjat biex ikompli jixhed Keith Schembri. Għala dan it-tkaxxir tas-saqajn f’din il-kompilazzjoni ta’ Yorgen Fenech?

Id-disa’: Infakkar li Jason Azzopardi hu l-avukat tal-għaqda Repubblika, Occupy Justice u Soċjeta’ Ċivili. Huwa għamel kampanja sħiħa kontra l-għażla ta’ Victoria Buttigieg bħala l-Avukat Ġenerali tar-Repubblika. Skont Jason Azzopardi, din ma kellhiex tintagħżel. Kienet għażla ħażina għaliex Buttigieg qatt ma prattikat fil-kriminal. Mela l-argument ta’ Azzopardi kien li l-persuna li kellha tintgħażel kellha tkun waħda li tipprattika il-kriminal. Issa minn dawk li applikaw għal din il-pożizzjoni, wieħed in  partikolari kien u għadu fil-kriminal.

L-għaxra: Matul il-kompilazzjoni ta’ Yorgen Fenech tal-lum 26 ta’ Novembru, l-Malta Today irrapportat u nikkwota bl-Ingliż: “14:19 Parte civile lawyer Jason Azzopardi is deep in conversation with Galea Farrugia”.

Il-ħdax: Jason Azzopardi huwa biċċa waħda ma’ David Casa. It-Tnejn huma fl-istess klikka li llum tmexxi il-Partit Nazzjonalista. Min-naħa tiegħu, David Casa kien biċċa waħda ma’ Darren Debono.

Dawn fatti u mhux asserzjonijiet.   

Leave a Reply