Il-Partit Nazzjonalista f’Paniku għax kxift il-Pjannijiet tal-PN dwar Reshuffle

LovinMalta għadha kemm ippubblikat aħbar biex tgiddeb dak li ktibt meta żvelajt kif kien ser ikun il-reshuffle ta’ Bernard Grech. Bernard Grech kien qed jaħdem fuq reshuffle wara l-Gvern tal-Lejber għamel ir-reshuffle tiegħu. Tant kemm din l-aħbar tiegħi hija minnha li kellhom jagħtu każha u marru jiġru biex joħorġu stqarrija u jgħidu li qed ngħid ħrafa. LovinMalta qalet li ‘a spokesperson’ ċaħad dak li ktibt jiena. Possibli li issa, taħt Bernard Grech, fil-Partit Nazzjonalista, hemm aktar minn spokesperson wieħed? Qed ngħid dan għaliex l-artiklu tkellem fuq ‘a spokesperson’. Possibli li dan l-spokesperson jibża’ juri ismu? Hawn qed nitkellmu fuq xi ħaġa uffiċjali tal-Partit Nazzjonalista. Kont nistenna li min jagħti din l-informazzjoni juri ismu.

Tant kemm hija minnha din l-aħbar li tajt li LovinMalta stess ammetti fl-istess artiklu li l-PN għaddej b’’reshuffle’ għaliex żdiedet tgħid li “he’s (Bernard Grech) reportedly planning a reshuffle”. Mela vera kienu qed jitkellmu u jiddiskutu reshuffle u mhux kif qal dan l-spokesperson anonimu lill-gazzetta li ma hemm xejn dwar ir-reshuffle. Il-verita’ hija li peress li jien ħriġt b’din l-istorja, irvinajt il-pjanijiet kollha tal-klikka ta’ Bernard Grech. Kxift in-negozjati interni u moħbija li kienu għaddejjin bihom fi ħdan il-Partit Nazzjonalista.  Bi kliemha stess, LovinMalta kixfet li dak li ktibt huwa minnu. Kif ngħidu bil-Malti. Kliemhom stess kixifhom!

Leave a Reply