Claudette Buttigieg Shadow Minister tas-Saħħa

Waqt li għaddej tibdil fil-kabinett tal-Gvern, Bernard Grech qed jagħmel tibdil fix-Shadow Ministers tiegħu.

Nista’ niżvela li Claudette Buttigieg ser tkun ix-Shadow minister tas-Saħħa. Għalkemm hija mhix tabib, Buttigieg għamlet ħafna pressure fuq Bernard Grech biex issir is-Shadow tas-Saħħa u kellu jċedi. B’hekk neħħa lil Stephen Spiteri. Minflok Stephen Spiteri ser isir shadow għall-Politika Soċjali

Ryan Callus ser jingħata  transport. Toni Bezzina tneħħilu l-infrastruttura u ngħata minflok il-biedja u s-Sajd. Din qed titqies bħala demotion għal Bezzina wara li ħareġ dgħajjef fid-debate mal-Ministru Ian Borg. Għalhekk ġie deċiż li ma jibqgħax jżomm is-shadow ta’ dan id-dikasteru.

Leave a Reply