L-Aħwa Thake u s-Safriet ta’ Jason Azzopardi

Ftit tal-jiem ilu tellajt post fejn għidt li Jason Azzopardi qed ikun iddefendut quddiem l-Board tal-Etika u Dixxiplina tal-Partit Nazzjonalista minn sieħbu, id-deputat David Thake. Din l-aħbar wasslet għar-reazzjoni minn diversi nies u staqsew jekk David Thake jistgħax jagħmel dan peress li mhux avukat. Fil-verita’, jista’ jagħmlu għaliex dan hu board intern fi ħdan il-Partit Nazzjonalista u mhux immexxi mill-istess proċeduri u prinċipji li titmexxa l-qorti. Biss dan il-fatt juri l-intimita’ li hemm bejn Jason Azzopardi u membri tal-familja Thake. Għala qed ngħid dan?

Din l-intimita’ bejn Azzopardi u l-familja Thake hija akbar milli wieħed jaħseb. Ftit jafu li Jason Azzopardi għandu kawża l-qorti dwar is-separazzjoni tiegħu minn mal-mara. Fuq din il-kawża, ħa nkun qed nikteb aktar fid-dettal għaliex turi kemm dak li jgħidu tar-Repubblika u l-Occupy Justice huwa falz. F’dan l-istadju ngħid din biss. B’kumbinazzjoni, l-avukat ta’ Jason Azzopardi f’din il-kawża huwa Stephen Thake. Dan Stephen Thake huwa ħu David Thake.

B’kumbinazzjoni, f’din il-kawża ssemmgħu l-vjaġġi ta’ Jason Azzopardi barra minn Malta. B’hekk nixtieq nistaqsi lil Stephen Thake jekk jafx min ħallas għas-safriet li Jason Azzopardi għamel? Waqt din il-kważa, il-klijent ta’ Stephen Thake, jiġifieri Jason Azzopardi, qal verbalment li dawn tħallsu minn terzi. Nixtieq nistaqsi lil Stephen Thake jekk jafx min huma dawn it-terzi? Jekk jaf, possibli ma qalx lil ħuh David, b’dawn is-safriet? Infakkar li David Thake kien iċempel ‘l hawn u ‘l hemm jitkaża bil-preżunt abbużi tan-nies. Possibli li ma tkellimx dwar dan id-dettal David Thake meta deher għan-nom tal-klijent tiegħu quddiem il-Board tal-Etika tal-Partit Nazzjonalista?

B’kumbinazzjoni wkoll li talba importanti magħmula mill-avukat Stephen Thake f’isem Jason Azzopardi twemmnet mill-qorti f’din il-kawża ta’ separazzjoni. Għax bħal ma kulħadd jaf, Jason Azzopardi hu l-aktar raġel onest u qatt ma ġideb f’ħajtu u dejjem qal il-verita’.

Kemm infakkar li issa qed issir ovvja li fil-qrati tagħna, li fejn jidħol Jason Azzopardi, it-talbiet tiegħu dejjem jiġu milqugħa. Kull ma għandu jagħmel wieħed huwa li jħares lejn x’ġara fil-qorti matul din il-ġimgħa fil-każ tal-kumpilazzjoni ta’ Yorgen Fenech. Persuna kitbitli u qaltli, ‘Kemm taqbeż għalih il-Maġistrat’. Dan qalitu minħabba li t-talbiet ta’ Jason Azzopardi prattikament dejjem jiġu milqugħa waqt li dawk tad-difiża, ħafna drabi jiġu miċħuda u meta jintlaqgħu jsir sforz biex ikunu b’prattikament redikolati.

Leave a Reply