Edward Scicluna Rreżenja għal Raġuni ta’ Saħħa?

Il-bieraħ kellna l-aħbar li l-Professur Edward Scicluna rreżenja minn Ministru tal-Finanzi biex sar Gvernatur tal-Bank Ċentrali. Ma ngħatatx ir-raġuni ta’ din ir-reżenja. Biss din hija riżenja ftit stramba imħabba li dan kien ministeru li ġab suċċessi ekonomiċi kbar lill-Gvern Laburista. B’hekk nixtieq nistaqsi jekk din hix marbuta ma raġunijiet ta’ saħħa. Jekk dan hu minnu, jkun ifisser li għar-raġunijiet personali ta’ saħħa, il-Ministru jew il-Gvern ħass li Scicluna ma kellux ikompli f’din il-kariga ministerjali tiegħu. Jien nemmen li meta persuna tirreżenja għar-raġunijiet ta’ saħħa, ma għandhiex tingħata kariga oħra. B’hekk hu żball kbir li l-Ministru Scicluna aċċetta li jsir Gvernatur tal-Bank Ċentrali.

Mhux qed ngħid dan biex ninsulta lill-Professur Edward Scicluna. Edward Scicluna kellu karriera brillanti bħala professur tal-Universita’ ta’ Malta u anki bħala Ministru tal-Finanzi. Kieku jien floku, kont nirtira, kif jgħidu l-Ingliż, ‘with grace’.

Il-paroli fil-vojt tal-klikka ta’ Bernard Grech ma hu ser iwassal imkien meta qed jistaqsu għala ġie appuntat Gvernatur tal-Bank Ċentrali persuna li qiegħdha taħt inkjesta? L-ewwel din l-inkjesta li tqiegħed taħtha Scicluna hija bla sens u kienet immotivata biss minn sentiment politiku ta’ min kellu u għad għandu interess li jiddistabilizza l-pajjiż. Fuq kollox, fiċ-ċirkostanzi preżenti, dan huwa kliem stupidu li qed jgħiduh membri tal-Oppożizzjoni marbutin ma’ Bernard Grech.

Il-biża’ tiegħi huwa li għar-raġunijiet ta’ saħħa, Scicluna ser jispiċċa jieħu deċiżjonijiet ħżiena fil-kariga ġdida li għandu. B’hekk ma jibqax imfakkar għat-tajjeb kbir li għamel, imma għall-aħħar deċiżjonijiet li jkun ħa u li wisq probabli, l-anqas ikun ħadhom huwa, iżda jeħodhom ħaddieħor għalih.

Infakkar li fil-qasam tal-istorja kien hemm professur kbir Ingliż bl-isem ta’ Hugh Trevor-Roper. Dan ma baqgħax imsemmi għall-kotba kbar li kiteb tal-istorja imma għal fatt li fl-aħħar tal-karriera tiegħu ħa żball oħxon. Kien ġie ppreżentat b’sett ta’ djari. Hu qal li dawn kienu djarji awtentiċi ta’ Hitler. Ftit wara nstab li dawn kienu foloz!

Leave a Reply