Kif ħabbart, Jason Azzopardi jingħata biss ċanfiera mill-Board tal-Etika.

Kif ħabbart jien f’dan is-site, il-Kummissjoni tal-Etika tal-Partit Nazzjonalista ma kienetx beħsiebha tieħu l-ebda azzjoni kontra Jason Azzopardi. Infatti, illum ħarġet l-aħbar li din l-Kummissjoni kkonkludiet li Jason Azzopardi għandu jingħata biss ċanfiera.

Dan ifisser li fil-Partit Nazzjonalista hemm liġijiet għall-allat u hemm liġijiet għall-annimali. Hemm liġijiet għal dawk tal-ewwel klassi u għal dawk tat-tielet klassi. Biss l-istejjer fuq Jason Azzopardi ser jibqgħu joħorġu u jien ser inkun qed nippubblika aktar stejjer dwaru.

Biss jekk Jason Azzopardi u David Thake jaħsbu li din hija no story sejjer żball. Jason Azzopardi qal lill-board li ma jiftakarx li kien hemm xi affarijiet jew reġali oħra li hu ħa b’xejn. Ibqgħu żguri li hemm aktar stejjer fuq Jason Azzopardi u ser ikun hemm min ser ifakkru dwarhom.

Fuq kollox dwar ir-rigali li ħa mingħand l-Excelsior u l-Westin Dragonara Hotel ma ntqal xejn.

Leave a Reply