Irċevejt dan il-messaġġ mingħand tesserat tal-Partit Nazzjonalista

Advertisements

X’Ma Fehmux it-Tesserati Nazzjonalisti?

Kif kulħadd jaf, ftit ilu saret elezzjoni għal kap ġdid tal-Partit Nazzjonalista. Elezzjoni imposta u maħduma b’mod viljakk, kif jafu jagħmlu Beppe Fenech Adami, Jason Azzopardi, Claudette Buttigieg, Chris Said, Carol Aquilina, David Thake u Therese Comodini Cachia.

Tela’ Bernard Grech, il-magħżul tal-verġni u puri, li tiskanta u titnixxef kif ħadd minnhom ma fetaħ ħalqu hekk kif ħareġ l-iskandlu ta’ Jason Azzopardi li ddeċieda li jagħmel lejl fuq il-qabar ta Kristu. Inkredibbli iżda veru, lanqas nofs ta’ kelma waħda minn dawn il-qaddisin li jimxu fl-art.

Illum, l-għażiż u l-maħbub mill-klikka, Dr Bernard Grech, għadu kif ħabbar pożizzjonijiet ġodda fi ħdan il-Partit Nazzjonalista. Ħaġa tajba ferm meta tqis li Dr Grech daħħal uċuh ġodda fil-partit. Partit li jrid iġeddu bil-moffa li diġa’ għerrietu. Irid ikompli jitmejjel bit-tesserati.

Bir-raġun li lil Adrian Delia riedu akkost ta’ kollox jaqtgħulu rasu barra. Dr Delia kien l-unika tama għall-Partit Nazzjonalista li jdaħħal fih demm ġdid. Din ir-raġuni kienet il-fulkru tal-ħdura u mibegħda li assistenja għalija matul it-tlett snin li Dr Delia dam kap tal-Partit Nazzjonalista.

It-tesserati ma fehmux li dan il-pass ser ikompli jdeffes il-Partit Nazzjonalista ġewwa l-abbissi li b’lejl wieħed fuq il-qabar ta’ Kristu żgur li mhux biżżejjed sabiex jinqala’ minnu. Jason Azzopardi, bi ħniena nitolbok sabiex ta’ l-inqas tmur għal xahar titlob fl-art imwiegħda u b’ dispjaċir ngħidlek li xorta ma jkunux biżżejjed. Issa ħaffu ftit ieħor ejja amalgamaw ma’ Repubblika għax ċert li dak il-pass li jmiss. Ħassra ta’ veru għal dawk in-Nazzjonalisti ġenwini li ser jaraw il-Partit Nazzjonalista jieħu l-akbar tkaxkira fl-istorja tiegħu.