Jason Azzopardi ħa Pjaċiri mingħand il-Hotel Westin Dragonara

Advertisements

Il-bieraħ, il-gazzetta Illum ħarġet bl-istorja fejn wara li Jason Azzopardi ma baqgħax juża s-servizzi tal-Hilton b’xejn, mar juża hotel oħra fejn kien jaħdem fiha Jonathan Ferris. Il-gazzetta Illum kitbet hekk:

“Wara Ġunju tal-2017 baqa’ juża s-servizzi tal-Hilton li jinkludu illi joqgħod mal-lido u l-pixxina, kif ukoll li juża l-buffet b’xejn. Billi hu kellu konjizzjoni tal-investigazzjonijiet dwar il-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia, anke bħala avukat tal-familja, huwa kien waqaf juża s-servizzi tal-Hilton u beda juża s-servizzi ta’ lukanda oħra, fejn l-eks-Spettur tal-FIAU Jonathan Ferris huwa responsabbli mis-sigurtà.”

Iżda għal xi raġuni jew oħra, Saviour Balzan, li kienet dan l-artiklu, ma semmiex il-hotel b’isimha. Il-hotel inkwistjoni hija il-Westin Dragonara Resort Hotel. F’din il-hotel jaħdem manager li jismu Michael Camilleri Kamsky. Dan il-manager huwa biċċa waħda mal-aktar politiku onest fl-istorja ta’ Malta, Simon Busuttil. Dan hu magħruf fil-Partit Nazzjonalista bħala li kien kontra Adrian Delia b’saħħa kbira. Huwa wkoll ħabib ta’ Jason Azzopardi.

Il-mistoqsija li rrid issir hawn hija din. Veru li Jason Azzopardi rrakkomanda lil Jonathan Ferris biex jidħol jaħdem fil-Lukanda Westin?  Jekk din hija veru, lil min saret din ir-rakkomandazzjoni? Jonathan Ferris spiċċa jaħdem f’din il-lukanda wara li tkeċċa mill-FIAU. Veru li Jason Azzopardi għandu obbligazzjonijiet kbar lejn Jonathan Ferris?

F’dan l-artiklu tal-bieraħ, Saviour Balzan reġa semma’ li meta Jonathan Ferris kien spettur tal-pulizija, Jonathan Ferris fetaħ inkjesta fuq ir-rapport li kien sar mid-Dipartiment tal-Artijiet dwar frodi, korruzzjoni, trading in influence u misappropriazzjoni ta’ propjeta’ pubblika. Biss fi kliem Jason Azzopardi stess, dawn l-akkużi ma jeżistux fl-inkjesta tal-maġistrat, li skont l-istess gazzetta Illum, l-ispettur Ferris kien fetaħ. Il-konklużjoni tiġi waħidha. La mhux fl-inkjesta, tista’ l-pulizija tgħidilna x’tip ta’ investigazzjoni għamel l-ispettur Jonathan Ferris?

Fuq kollox, mhux Yorgen Fenech biss kien jagħti l-pjaċiri lil Jason Azzopardi. Issa anki d-diretturi jew l-managers tal-Westin kienu qed jagħtu pjaċiri b’xejn lil Jason Azzopardi. Miegħu hemm is-sidien tal-Excelsior li taw pjaċiri lil Jason Azzopardi. Dawn ukoll qrib il-Gvern tal-Lejber. Imma Yorgen Fenech biss qiegħed jinżamm il-ħabs fuq insistenza tal-Pulizija u l-familja Caruana Galizia għax skont huma, Yorgen Fenech qattiel u korrott. Illum nafu li l-familja Caruana Galizia, il-Knisja u l-pulizija Maltija huma mxirka mal-aktar l-politiku maħmuġ. korrott u nittien li qatt rat l-istorja politika ta’ Malta.