Jason Azzopardi ħa pjaċiri direttament mingħand Yorgen Fenech

Meta Jason Azzopardi nkixef li ħalla l-mara tiegħu d-dar biex mar fuq l-qabar ta’ Kristu mal-ħabiba tiegħu Flavia, mar jiġri fuq Facebook u kiteb u qal

“Li m’għamiltx pero hu li qatt ma xxaħħamt, qatt ma xaħħamt, qatt ma inxtrajt, qatt ma kilt il-kirxa mal-assassini u l-ħallelin”.

Mela bi kliemu stess, Jason Azzopardi qed jammetti li Yorgen Fenech mhux l-assassin. Mela meta Jason Azzopardi mar fuq l-istazzjoni tal-isqfijiet biex jippontifika li Yorgen Fenech hu l-assassin, kien qed jerġa jigdeb. Issa nafu li Jason Azzopardi ilu jiekol il-kirxa ma’ Yorgen Fenech mill-2008. Dan ifisser li meta kien ġie mistieden għat-tieġ ta’ Yorgen Fenech fl-2009, ma kienx sempliċi guest. Kien hemm ħbiberijia bejn dawn it-tnejn. Fuq kollox, l-użu tal-Hilton għall-attivita’ elettorali ngħatat lil Jason Azzopardi bi pjaċir dirett minn Yorgen Fenech. Dan kien jinkludi l-użu ta’ sala u ikel b’xejn. Wieħed jistaqsi lil Jason Azzopardi, jekk f’dan il-pakkett kienx hemm xi pjaċiri oħra fl-użu tal-Hilton.

Jien kont kellimt fuq dan fil-passat li Jason Azzopardi ħa pjaċiri mingħand Yorgen Fenech. Dan issa ġie kkonfermat mill-gazzetta Illum.

Illum nafu li din ir-relazzjoni ta’ Jason Azzopardi mat-Tumas Group tmur lura għall-inqas mit-2008. Dak li nista’ nżid huwa li din ir-relazzjoni bdiet bis-saħħa ta’ Yorgen Fenech. Din il-ħbiberija baqgħet għaddejja bejn dawn it-tnejn mill-inqas sa Lulju 2017. F’dak ix-xahar, Jason Azzopardi mar joqgħod ma’ żewġ nisa fil-Hilton ta’ Tel Aviv kollox imħallas mit-Tumas Group.

Issa nispera li ma jiġix l-avukat ta’ Jason Azzopardi, Edward DeBono u jgħid li jien qed noħlom. Kemm infakkru li meta bdejt tikteb dwar dan kollu, l-avukat DeBono ried jgħalaqli ħalqi u heddidni b’libell.  

Dawn il-pjaċiri li semmiet il-gazzetta Illum rigward Jason Azzopardi huma ftit mill-ħafna pjaċiri li ħa dan il-politiku tar-rule of law u li dwarhom għad baqalna x’nisimgħu.

Leave a Reply