Acapulco, Bondage Sessions u Chris Cardona

Meta l-Ġimgħa, 13 ta’ Novembru deher Chris Cardona quddiem l-imħallfin, l-imħallfin ma staqsew xejn dwar l-istorja ta’ Acapulco. Naħseb li din kienet storja importanti u hija direttament relatata mal-każ u l-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia. Għalfejn, dwarha ma saret l-ebda mistoqsija. Dan il-fatt ikompli jikkonferma li din hija nkjesta fuq kollox minbarra fuq il-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia.  

Infakkar li Daphne Caruana Galizia kienet akkużat lil Chris Cardona, dak iż-żmien ministru tal-Gvern li huwa, flimkien ma’ persuna oħra mar f’dan il-burdell fil-Ġermanja meta kien fuq żjara tal-Gvern. Din l-istorja ġiet ippubblikata minn Daphne Caruana Galizia fis-sena li nqatlet. Il-Ministru Cardona kien fetaħ libell fuq din l-istorja. Imbagħad kien waqqgħu wara li nqatlet Daphne Caruana Galizia. Biss hemm punt misterjuż dwar din l-istorja. Min kien għadda din l-informazzjoni lil Daphne Caruana Galizia? Infakkar li din l-istorja ħarġet fl-aħħar ta’ Jannar 2017.

Issa eżatt xahar wara li ħarġet din l-istorja, ġara assassinju ikrah li sal-lum għadu mhux solvut. Eżattament fl-aħħar tax-xahar ta’ Frar, jiġifieri fit-28 ta’ Frar 2017, in-negozjant David Abela kien instab mejjet – eżattament maqtul. Skont il-ġurnali, dan instab b’idejh u saqajh marbuta. Anki jekk il-ġurnali ma jagħtux id-dettalji, qabel ma nqatel dan in-negozjant kien ma’ prostituta jew prostituti f’sezzjoni sesswali magħrufa bħala sado-mażoċista. Għall-inqas dan hu l-għejdut li għadu qatt ma ġie miċħud.

Minn barra d-dati, hemm dettal ieħor li jorbot lil dawn iż-żewġ stejjer flimkien. Dan in-negozjant kien magħruf li jħobb imur fil-bridel, inkluż dak ta’ Acapulco. Issa meta ħarġet din l-istorja, l-għejdut kien li kien hemm xi ħadd Malti f’Acapulco dak in-nhar. Dan il-Malti kien in-negozjant David Abela? Kien David Abela li għadda din l-informazzjoni lil Daphne Caruana Galizia? Dak kollu jista’ jkun jikkonfermat mill-kompjuter ta’ Daphne Caruana Galizia. Biss dan il-kompjuter qatt ma għadda għand il-pulizija u l-pulizija qatt ma wriet interess li tirkuprah.

Jekk xi ħadd jaħseb li din l-istorja tieqaf hawn sejjer żball. Dawn it-tipi ta’ servizzi, Sadomaso huma offruti minn ftit nies f’Malta. Issa fl-istess żmien jew ftit wara kien hemm politiku Malti li bħal David Abela, allegatament mar ifittex dawn it-tip ta’ servizzi u dan il-politiku hu qrib ħafna tal-pulizija.

Il-verita’ hija li waqt li l-prostituti li offru s-servizz lil dawn in-nies ikunu differenti, il-pimps li jistgħu joffru dan it-tip ta’ servizz tgħoddhom fuq is-swaba ta’ idejk. Mela x’interess kellha Daphne Caruana Galizia li tgħatti u ma titkellimx fuq dan id-delitt ta’ David Abela meta huwa kien allegatament wieħed mill-informers tagħha?

Għalhekk nemmen li l-kompjuter ta’ Daphne Caruana Galizia ma sparixxiex għal xejn. Dan il-kompjuter jista’ jagħtina biċċa informazzjoni oħra biex ikun solvut dan id-delitt. Għalhekk il-mistoqsija tibqa’ – għaliex qatt ma nġabar dan il-kompjuter?

Immaġinaw kieku l-frame-up li tkellem dwaru Chris Cardona ġie mwettaq. Din l-istorja ta’ Acapulco kienet tkun fuq quddiem fid-diskussjoni tal-mottiv ta’ dan id-delitt. Din kienet tintuża mill-media u l-pulizija biex tingħata kredibilita’ lit-teorema li Chris Cardona huwa l-mandant. Biss fl-aħħar minuta, l-istrateġija mbiddlet u kien deċiż li jmorru għal pjan B u l-frame-up isir kontra Yorgen Fenech. Għall-inqas mill-punt ta’ flus, hemm hekk, hemm ħafna aktar flus x’wieħed jista’ jdaħħal.

Leave a Reply