Tar-Rule of Law Iridu jkeċċu lil Edwin Vassallo għax Onest

Il-Liberali fi ħdan il-Partit Nazzjonalista jridu jagħlqu ħalq Edwin Vassallo. Anzi jridu jkeċċuh mill-Partit Nazzjonalista. Dan wara li kkritika lill-Kummissarju tal-Ugwaljanza tal-Unjoni Ewropea, Helena Dalli. Dwar x’qalet Dalli u x’qal Edwin Vassallo ser nikteb fi blogg separat. Għaliex Edwin Vassallo, bir-raġun kollu jikkritika l-agenda Marxista tal-Ewropa fuq il-ġeneru, ħarġu kontrih il-liberali fil-Partit Nazzjonalista. Fost dawk li attakkawh insibu lil Alex Perici Calascione. Huwa xxerja l-messaġġ li ħareġ il-Kap Nazzjonalista Bernard Grech. F’dan il-post,  Bernard Grech ma kellux il-kuraġġ jsemmi lil Edwin Vassallo b’ismu. Dak li wieħed irid jiftakar, li b’kumbinazzjoni Alex Perici Calascione joħroġ fuq l-istess distrett ta’ Edwin Vassallo. Miegħu nqagħdet Claudette Buttigieg. Din ukoll ixxerjat dan il-messaġġ tal-kap.

Persuna oħra li ħareġ jikkritika lil Edwin Vassallo fuq il-post tiegħu kien Richard Muscat. Kulħadd jaf fil-Partit Nazzjonalista li meta Richard Muscat jispara xi tir ta’ kanun kontra xi ħadd, ikun hemm warajh Louis Galea. Louis Galea dejjem kien il-bniedem li jgara l-ġebla u jaħbi idu.

Dak li ma qalux dawn l-imberkin politiċi li l-PN dejjem kien kritiku lejn din l-agenda ta’ Helena Dalli meta kienet tmexxiha fil-Parlament Malti. Fuq kollox f’din ic-charade kollha daħal Andrew Borg Cardona, magħruf bħala l-Boċċa. Il-Boċċa anki talab għat-tkeċċija ta’ Edwin Vassallo mill-Partit Nazzjonalista. Mela dawn tar-rule of law u good governance jiddefendu rigal (jew aħjar ngħidu ir-rigali) li ħa Jason Azzopardi mingħand it-Tumas Group. Fuq Azzopardi qatt ma kitbu biex jitkeċċa mill-Partit Nazzjonalista għaliex li wieħed jieħu rigali fil-politika, skont dawn huma fatti li jiġru. Jiġifieri jekk tar-rule of law jieħdu xi rigal ma jagħmlux dnub! Min-naħa l-oħra dawn iridu lil Edwin Vassallo jitkeċċa anki jekk jafu li hu qatt ma ħa rigali jew għamel atti ta’ korruzzjoni.  

Leave a Reply