Il-Frame-up Kontra Chris Cardona

Il-bieraħ kien imiss lil Chris Cardona biex jitla’ jixhed quddiem l-imħallfin. Dak li ħareġ mix-xhieda tal-bieraħ ta’ Chris Cardona huwa li l-pulizija ma għamlux xogħolhom sew. Fi kliem ieħor, Chris Cardona jkompli jikkonferma b’mod indirett li hemm frame-up mill-pulizija kontra Yorgen Fenech.

L-ispetturi investigaturi li huma ħbieb personali ta’ Jason Azzopardi u l-familja Caruana Galizia reġgħu nqabbdu fuq sieq waħda. Din id-darba mhux mill-kumpilazzjoni ta’ Yorgen Fenech iżda minn dak li qal Chris Cardona l-bieraħ f’din l-inkjesta. Infakkar li Erbgħa li għadda, l-Avukat Mercieca akkuża lill-ispetturi bi tbagħbis tal-evidenza. Illum din ġiet ikkonfermat minn Chris Cardona.

Chris Cardona tkellem fuq ittra li kienet saret biex timplikah bhala l-mastermind f’dan id-detill ta’ Daphne Caruana Galizia. Hu qal li din kienet frame up kontra tiegħu. Fuq dan il-punt, Chris Cardona qed jgħid il-verita’. L-għażla tal-frame-up kienet fuq Chris Cardona jew Yorgen Fenech. Intgħażel Yorgen Fenech minħabba l-flus li għandu għax minnu l-aktar li jistgħu jittieħdu f’danni.

Dan kien ikkonfermat il-bieraħ fix-xhieda li ta’ Chris Cardona. Mix-xhieda tiegħu, Chris Cardona jerġa’ joħroġ il-fatti li l-pulizija mhux tagħmel xogħolha sew f’dan il-każ. Dan għaliex Yorgen Fenech kien irċieva ittra fejn fiha xi ħadd qallu biex jinkrimina lil Chris Cardona bid-delitt. Eventalment il-pulizija qaltlu li dik l-ittra kienet imbagħbsa li ma setgħetx tintuża fl-investigazzjonijiet.

Ara kif tista’ temmen il-pulizija fuq dan il-punt! Illum tant kemm huma avvanzati l-istudji forensiċi, speċjalment dawk fl-laboratorju barra minn Malta, li huwa kapaċi jaslu biex inkun jafu biex jagħmlu studji fid-dettall fuqha. Il-fatt li l-pulizija ma għamiltx hekk għaliex taf li din l-ittra ġiet mingħand il-vera mandant ta’ dan id-delitt u trid tagħtitlu. Kif qal l-avukat Mercieca, il-pulizija ma tridx tasal għall-veru mandant f’dan id-delitt. U dan taf li tista tagħmlu bl-għajnuna tal-familja Caruana Galizia. Infakkar li l-avukati tal-parte ċivili u l-anqas il-familja ta’ Daphne Caruana Galizia qatt ma rassew lill-pulizija fuq dan kollu. Qatt ma rassew lill-ispetturi Arnaud u Zahra fuq dan il-punt ta’ din l-ittra.

Infatti, minn dak li ħareġ sal-lum, Yorgen Fenech qatt ma waħħal fi Chris Cardona bħala l-mandant ta’ dan id-delitt. Min-naħa tagħha, il-pulizija qatt ma akkużat lil Yorgen Fenech li hu kien il-persuna li bagħbas jew għamel din l-ittra. Dak li ma jridux jagħmlu l-pulizija huwa li jinvestigaw dan l-punt. Huwa tal-iskantament li jsir allegat frame-up fuq ministru tal-Gvern u l-pulizija ma hix kapaċi tinvestigah u tasal għall-persuna li għamlitu.  U f’dan għandhom l-għajnuna u s-support tal-Familja Caruana Galizia u l-avukati tagħha.  

One comment

  1. Niccassa wninxef naqra fuq din il farsa ta nkjesta. Lingredjenti kollha qedin hemm biex taghmel purina. Issa miskin min ser jikola.

Leave a Reply