Where your opinion counts

Il-Pulizija Titfa’ Salvauomo lil Jason Azzopardi?

Dak li jolqtok l-aktar fl-istejjer tal-lum fil-media huwa l-fatt li waqt li għaddej dan l-iskandlu kollu dwar Jason Azzopardi, il-pulizija Maltija marret tiġri tarresta lil Keith Schembri u lil Konrad Mizzi. Hemm min qed jara f’din l-azzjoni waħda ta’ damage control favur Jason Azzopardi minn naħa tal-pulizija Maltija.  B’kumbinazzjoni l-pulizija ħasset il-bżonn li tarresta lil Keith Schembri u lil Konrad Mizzi wara li l-ġurnal ippubblika l-istorja tiegħu. Forsi wieħed jgħidli li din kienet ilha ppjanata. Imma l-kumbinazzjonijiet ma waqqfux hawn. B’kumbinazzjoni wkoll bdew ħerġin il-leakages mid-depot u nsiru nafu wkoll dwar xix dawn it-tnejn kienu qed ikunu interrogati, jiġifieri fuq il-messaġġi li Yorgen Fenech kellu ma’ Konrad Mizzi u Keith Schembri. Biss sa issa ma ħareġ xejn li f’dawn il-messaġġ hemm xi konnessjoni mal-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia. Dan il-fatt tal-ħruġ ta’ din l-informazzjoni tqiegħed lill-pulizija f’dawl ħażin.

Ara fuq il-punt, li s-secret service jagħtu informazzjoni lill-ġurnalisti u milli jidher anki lil Jason Azzopardi, dan il-Kummissarju tal-Pulizija għadu ma fetaħx  investigazzjoni jew ordna li ssir inkjesta. 

Fuq kollox, l-istess Kummissarju Angelo Gafa ma jgħid xejn fuq ir-rapport  li għamlet l-Awtorita’ tal-Artijiet lill-pulizija fuq serq, misappropriazzjoni ta’ art pubblika, korruzzjoni u trading in influence. B’kumbinazzjoni dawn jinvolvu dipartiment li kien jaqa’ taħt Jason Azzopardi u din l-inkjesta ilha seba’ snin miftuħa u skont l-istess Jason Azzopardi dawn l-akkużi mid-Dipartiment tal-Artijiet ma jeżistux għaliex mhux qegħdin fl-inkjesta tal-magistrat. Il-pulizija tagħmel sew li tinvestiga lil Keith Schembri u lil Konrad Mizzi. Tagħmel sew li tinvestiga lil Yorgen Fenech. Jekk dawn ħawdu, għandhom jitressqu il-qorti. Biss il-pulizija trid tagħmel xogħlha ma’ kulħadd l-istess u mhux tidher, kif fil-fatt hija, forċina tal-aktar MP giddieb fl-istorja politika Maltija. Hawn mhux qed neżonera lil Keith Schembri, Konrad Mizzi jew Yorgen Fenech. Hawn qed nistaqsi dwar it-timing ta’ din l-investigazzjoni.

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *