Jason Azzopardi mar darb oħra Tel Aviv fl-2017: Meta mar mal-ħabiba f’Marzu u l-Hotel kienet ukoll b’xejn?

Advertisements

Il-bieraħ Jason Azzopardi kkonferma li f’Lulju tal-2017 huwa mar Tel Aviv. Ikkonferma li f’din iż-żjara l-hotel Hilton ta’ Tel Aviv kienet b’xejn. U żied jgħid li dak in-nhar hu mar Tel Aviv għax kien mistieden għal tieg. Jista’ Jason Azzopardi jgħidilna ta’ min kien it-tieġ li mar għalih Tel Aviv fl-Lulju tal-2017? U kemm-il tieġ f’Tel Aviv mar f’dik is-sena? Veru li mar mal-partner tiegħu u t-tifla tagħha? Dawn kollha raqdu f’kamra waħda?

Normalment, meta persuna, bħal Jason Azzopardi tkun mistiedna għal tieġ, hu jkun mistieden mal-mara. Issa, l-ex-mara tiegħu qalet li hu telaq mid-dar matrimonjali ftit qabel din il-mawra f’Tel Aviv. Skont is-Sinjura Marica Azzopardi Balzan, Jason Azzopardi telaq mid-dar matrimonjali f’Ġunju 2017. Hu mar għal dan it-tieġ f’Tel Aviv f’Lulju 2017. Mela nkun qed ngħid il-verita’ jekk ngħid li dan l-invit għal tieġ f’Tel Aviv ħareġ fuq isem Jason Azzopardi u martu? Jekk ma kienux jafu x’isimha, kienu jiktbu l-partner tiegħu. Iżda din il-mawra ma kienetx minn tnejn min-nies iżda minn tlieta? Mhux normali li tliet persuni jkunu mistiedna f’invit wieħed. Il-persuna l-oħra kienet mistiedna wkoll, b’kumbinazzjoni għal dan it-tieġ?

Biss Jason Azzopardi kien mistieden għal tieġ ieħor f’Tel Aviv. Dan it-tieġ sar f’Marzu tal-2017. Dan kien it-tieġ ta’ tifla tar-Rabbi. Din iżżewwġet f’Tel Aviv. Skont is-Sinjura Azzopardi Balzan, Jason Azzopardi u hija kienu mistiedna għal dan it-tieġ. Dak in-nhar, l-invit ħareġ fuq Jason Azzopardi u l-mara. Biss Jason Azzopardi ma riedx lil martu tmur miegħu għax qalha li ried imur fuq il-qabar ta’ Kristu f’Ġerusalem. Minflok mar ma’ mara oħra f’Tel Aviv, jiġifieri l-partner attwali li għandu. F’dan il-perjodu, Jason Azzopardi kien għadu jgħix fid-dar matrimonjali tiegħu. Dan hu każ ċar ta’ adulterju minn dan il-politiku. Il-mistoqsija hija din. Kemm-il tieġ jew mawra għamel f’Tel Aviv Jason Azzopardi fl-2017? Dawn iż-żewġ mawriet kienu kollha għax kien mistieden għal tieġ? Jew mhux vera li f’Lulju mar tieġ?

Fuq kollox, meta mar Tel Aviv f’Marzu, min ħallas għall-hotel? Kollox ħallas Jason Azzopardi minn butu jew għal darba oħra sab xi proxxmu ta’ ruħ tajba biex iħallaslu l-Hotel għax kollha kienu fully booked? Fuq kollox f’liema Hotel qagħad f’Marzu tal-2017?

Napprezza jekk Jason Azzopardi jagħti tweġiba ta’ dan u juri li f’Marzu 2017, jiġifieri fl-ewwel żjara tiegħu f’Tel Aviv, kollox ħallas hu. Din hi ħafna faċli. Kemm jipproduċi l-istatement tal-bank.

Sadanittant, Jason Azzopardi talab lill-Kummissarju tal-Istandards biex jinvestigah. Jason Azzopardi ser jitlob lill-Kummissarju tal-Istandards, jiġifieri George Hyzler, biex jinvestiga din iż-żjara li saret f’Marzu 2017 ukoll? Fil-każ, jista’ l-Kummissarju tal-Istandards jara jekk din id-darba, il-hotel ġietx mogħtija lilu b’xejn bħal ma ġara f’Lulju tal-2017?

Fuq kollox u l-aktar li jweġġa f’din l-istorja li dan Jason Azzopardi baqa’ ma’ s-Sinjura Marica Azzopardi Balzan għal wiċċ in-nies minħabba l-kampanja elettorali tal-2017. Aktar falzita’ minn din, ma nafx min jista’ joħloq.