Jason Azzopardi ikompli jigdeb dwar iż-żjara tiegħu fil-Lukanda Hilton ta’ Tel Aviv

Wara li ħarġet l-istorja li Jason Azzopardi mar fil-Hilton ta’ Tel Aviv b’xejn, mar fuq Facebook u kiteb post twil ħafna. Fih tkellem fuq ħafna affarijiet. F’dan il-blog ser inkun qed nitkellem fuq din il-mawra f’Tel Aviv. Punt l-ieħor li għamel dwar l-inkjesta li hemm quddiem il-Magistrata Vella ser nittrattah separatament.

Fuq Facebook, Jason Azzopardi tana aktar informazzjoni li ma konniex nafu. Qal li din il-waqfa fil-Hotel Hilton ta’ Tel Aviv ħallasilu Ray Fenech. Hu qal li talab lil Ray Fenech, li jiġi z-ziju ta’ Yorgen Fenech, għal għajnuna għax ma setgħax jsib Hotel Tel Aviv. L-anqas li kien sejjer f’pajjiż fejn ma hemmx hotels. Li tgħid li ġo Tel Aviv ma stajtx issib Hotel mur għidha, kif jgħidu l-Amerikani lill-marines. Jekk għandhom xi ħaġa tajba l-Lhud, hija li fejn jidħlu l-interessi finanzjarji u l-business, huma dejjem kienu u għadhom fuq quddiem. Ara qatt ġo Tel Aviv, l-aktar belt importanti ġewwa Israel mhux ser jirnexxilek issib fejn tibbukkja? Qiesek qed tgħid li ġej f’Malta u ma sibt booking imkien! Min jaf l-affarijiet jaf li Jason Azzopardi mhux qed jgħid il-verita’.

Biss hemm dettall interessanti. Jason Azzopardi ammetta li hu mar fuq Ray Fenech u talbu l-għajnuna u dan tahielu. Ara minn meta persuna, u din hija politiku, ser tmur fuq xi ħadd fil-business u ser tgħidlu biex jgħinuna u dan jgħinha mill-ewwel u għal xejn. U trid nemmnuk li dan, ma kienx jafek minn Adam u ddeċida li jgħinek u jsiblek lodging f’Israel. Imbagħad iħallaslek għal dan il-lodging b’xejn? Qed ngħid dan għaliex anki jekk it-Tumas Group għandu l-franchise tal-Hilton, xorta waħda iridu jħallsu meta jmorru jew jagħmlu użu mill-Hotels tal-Hilton. Dak li tagħti l-Hilton hija discounts lid-diretturi tagħha madwar id-dinja.

Imbagħad Jason Azzopardi kompla jgħidilna li din ġrat fl-2017. Hu mar f’Lulju 2017. Skont il-gazzetta, kienu tliet persuni. Mela l-anqas kien waħdu. Kemm infakkar li f’Ġunju, huwa telaq mid-dar matrimonjali tiegħu.

Kemm infakkar ukoll li Jason Azzopardi qal lil Saviour Balzan li ma jiftakar xejn waqt il-programm. Issa ħareġ li kien jaf biha din is-safra. Mela għalfejn qal lil Saviour Balzan li ma jiftakarhiex?

Biex jiġġustifika li din ingħatatlu b’xejn minn Ray Fenech mingħajr ma kien qed jistenniha, qal li hu ta’ l-visa meta wasal il-Hotel. Ara lil min trid tbellgħaha din Sur Jason Azzopardi? Irrispettivament jekk il-Hotel hix imħallsa minn ħaddieħor jew le, min jagħmel il-booking xorta jrid jagħti n-numru tal-visa tiegħu meta jasal fil-hotel. Fi kliem ieħor, anki jekk kienet b’xejn, inti kellek xorta waħda tagħtihom il-visa number. Fuq kollox, anki jekk tkun b’xejn, normalment meta tasal, ir-receptionist jgħidlek li hija b’xejn. Aktar u aktar intom li kellkom il-Lido, l-ikel mħallas u l-ikel by the pool b’xejn. Ma tarax mhux ser jgħidulkom li dawn ma kienux b’xejn!

Min bħali siefer fuq xogħol u l-hotel kienet imħallsa mill-istituzzjoni li kienet qed tistiednu jafu li qed ngħid il-verita’. Xorta waħda kien ikollu nagħti l-visa jew mastercard number u dejjem qaluli li kienet il-hotel imħallsa mill-organizzazzjoni li qed tistiedinni. Mela tkomplix tigdeb Sur Jason Azzopardi għax issa qed tegħreq fil-ħmieġ tiegħek stess.

Biss fil-każ li r-receptionist insit, int dejjem għadek fiċ-ċans li tagħti refund lis-Sur Ray Fenech tal-flus kollha li dan ħallaslek. Hawn qed nġib clip ta’ kemm tiġi kamra normali mingħajr l-additional fees f’din il-hotel għal persuna waħda li toqgħod hemm ħames t’ijiem. Dejjem tista tagħti dawn il-flus lura lis-Sur Ray Fenech. U s’intendi jekk tkellimt għat-tnejn l-oħra li ġew miegħek, u dawn ukoll kienu b’xejn, trid tagħmel dan l-ammont għal tliet darbiet! U jekk kont ġo xi executive room, l-ispejjeż huma ikbar.

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *