Where your opinion counts

L-Inkjesta, l-FBI u l-Kummissarju Lawrence Cutajar

Din il-Ġimgħa kompliet l-inkjesta quddiem l-imħallfin. Tela’ jixhed l-Supretendent George Cremona. Fix-xhieda tiegħu qal li kienet deċizzjoni personali tiegħu li jinvolvi l-FBI. Mhux ser nidħol fuq liema bażi dan s-Supretendent ried li tkun involva l-FBI jew jekk setgħatx il-pulizija tinvolvi l-FBI. Hu qal li ħa r-risponsabilita’ ta’ din l-azzjoni fuq spallejh. Kif inhu d-dmir tiegħu kellem lil ta’ fuqu, jiġifieri lill-Kummissarju tal-Pulizija Lawrence Cutajar. U x’qallu l-kummissarju. Faħħru talli għamel xogħolu u għenu jistabbilixxi kuntatti mal-Ambaxxata Amerikana.

Il-gazzetta Illum ikkwotat kelma b’kelma din ix-xhieda tas-Supretendent Cremona, li hu l-Kap tal-Unit kontra t-Terroriżmu hekk: “Kienet l-inizzjattiva personali tiegħi li ndaħħlu lill-Amerikani għaliex huma għandhom ir-riżorsa.  L-ewwel organizzazzjoni li kellimt kienu lill-FBI u l-Kummissarju tal-Pulizija (dak iż-żmien) Lawrence Cutajar tani l-permess u talab lill-ambaxxata Amerikana għall-assistenza.

Mela dak li ilna nisimgħu mill-familja Caruana Galizia li l-korp tal-pulizija mhux affidabbli u l-kummissarju in partikolari  ma jafdawhx qed jikkrolla mix-xhieda stess li qed tinġib f’din l-inkjesta. Mhux qed neskludi li l-Kummissarju Cutajr ma ħax żballji jew li mhux dejjem kien perfett, biss f’dan l-istadju tal-investigazzjoni żgur li ma kienx qed ifixkel lill-investigaturi fil-xogħol tagħhom. F’dan il-każ kellu fejn u seta’ waqqaf lis-supretendent Cremona u tah ħasla talli ried jieħu din azzjoni li tmur lilhinn mill-ġurisdizzjoni ta’ pajjiżna u involva forza li l-anqas hija parti mill-Ewropa. Minflok faħħru ta’ xogħlu u għenu f’ħidmietu. Infakkar li l-FBI kienu strumentali biex jitressqu nies il-qorti marbuta ma’ dan il-każ.  Din hija biċċa evidenza oħra li titfa f’dawl ikrah id-deċiżjoni tal-familja Caruana Galizia li ma jgħaddux il-kompjuter ta’ Daphne Caruana Galizia lill-pulizija. Infakkar li l-Kummissarju Cutajar kien issemma’ b’ismu bħala waħda mir-raġunijiet għala l-familja ma tridx tgħaddi dan il-kompjuter lill-pulizija.

B’hekk il-mistoqsija tibqa’. Għala dan il-kompjuter qatt ma għadda għand il-pulizija Maltija? It-teoroma li ma kienetx fdata jew li ma għamiltx xogħolha sew fl-interessi tal-familja Caruana Galizia qedha issa taqa’ biċċa, biċċa.

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *